Left arrow Mur Lura

Konferenza tal-Ministri ta' l-Edukazzjoni f'Napli

PR0158
Date Icon 08/02/1999

Delegazzjoni Maltija llum bdiet tiehu sehem f'Konferenza tal-Ministri ta' l-Edukazzjoni li qed issir fuq inizjattiva tal-Gvern Taljan f'Napli. Is-suggett tal-Konferenza huwa " L-Edukazzjoni ghall-Izvilupp tal-Mediterran". L-inizjattiva qed isehh fid-dawl tad-Dikjarazzjoni ta' Barcellona dwar il-koperazzjoni fl-arja Ewro-Mediterraneja.

Id-delegazzjoni hija mmexxija mill-Ministru ta' L-Edukazzjoni, Dr Louis Galea, u tinkludi lid-Direttur Generali ta' l-Edukazzjoni, is-Sur Charles Mizzi, lill-Kap tad-Dipartiment tax-Xjenza tal-Kompjuters u ta' l-Intelligenza Artificjali fl-Universita` ta' Malta, il-Professur Juanito Camilleri, u lill-Assistant Segretarju Privat, is-Sur Albert Callus.

Minbarra delegazzjoni ufficjali mill-Unjoni Ewropea, qed jiehdu sehem Ministri ta' l-Edukazzjoni mill-Algerija, l-Egittu, Franza, il-Grecja, l-Italja, il-Libja, Malta, il-Marokk, il-Portugall, Spanja u t-Tunezija. Qed jattendu wkoll osservaturi mill-Kunsill tal-Ewropa, mill-Organizzazzjoni ghall-Koperazzjoni u Sigurta` fl-Ewropa (OCSE), u mill-UNESCO.

L-Italja qed tipproponi li l-esperjenza ta' l-Ewropa turi bic-car li minghajr zvilupp kwalitattiv u kwantitattiv fl-edukazzjoni, ikun difficli ferm l-izvilupp fl-infrastruttura kulturali, xjentifika, teknika u teknologika li fuqhom trid tissahhah u tinfirex il-koperazzjoni bilaterali u multilaterali bejn il-pajjizi interessati kif titlob id-Dikjarazzjoni ta' Barcellona.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow