Left arrow Mur Lura

Is-Sur Joe Borg mhux qed jghid il-verita'

PR0156
Date Icon 07/02/1999

Is-Sur Joe Borg qed jghid li l-Prim Ministru nehhieh mill-kariga ta' Assistent Personali ta' Dr Alfred Sant, il-Kap ta' l-Oppozizzjoni. Is-Sur Borg qed jghid ukoll li qed ihossu umiljat ghax qed jigi offrut il-post ta' xufier minnflok dak ta' Assistent Personali li kellu qabel.

L-allegazzjonijiet tas-Sur Borg ma fihom bazi ta' xejn peress li posizzjoni imhallsa minn fondi pubblici ta' Assistent Personali tal-Kap ta' l-Oppozizzjoni ma tezistiex u qatt ma ezistiet.

Fl-1987, mal-hatra ta' Dr Eddie Fenech Adami bhala Prim Ministru, huwa ha l-inizjattiva li joffri lill-ex Prim Ministru, Dr Karmenu Mifsud Bonnici (il-Kap ta' l-Oppozizzjoni l-gdid), is-servizzi ta' karozza u xufier imhallsa mill-Gvern. L-Avukat Mifsud Bonnici ma accettax din l-offerta.

Mal-hatra ta' Dr Alfred Sant bhala Kap ta' l-Oppozizzjoni fl-1992, dan accetta din l-offerta hekk kif giet imgedda mill-Prim Ministru Fenech Adami. Minnflok ma ghazel ufficjal pubbliku, Dr Sant hass li kellu jaghzel impjegat tal-Korporazzjoni Telemalta. Dan l-impjegat, is-Sur Joe Borg, fil-fatt ma kienx xufier imma Ufficjal Professjonali (P.O. IIIA) b'salarju oghla minn dik tal- Prim Ministru. Dak iz-zmien il-Gvern kien jaccetta secondments minn mal-parastatali u ghalhekk in-nomina tas-Sur Borg bhala x-xufier tal-Kap ta' l-Oppozizzjoni giet accettata ghalkemm b'riservi.

Fl-1993, bhala bidu mill-process li jwaqqaf abbuzi bhal dawn, il-Gvern nehha is-secondmentskollha hlief ghal dawk f'Segretarjati tal-Ministri u Segretarji Parlamentari. Is-Sur Borg kompla fil-kariga isu kien xufier ta' Ministru jew Segretarju Parlamentari.

Wara l-elezzjonjiet tal-1996, il-Gvern Laburista gdid kompla b'din l-istess policy hlief ghal xi ftit eccezzjonijiet "maghzula". Tajjeb li wiehed jifakar li meta Dr Fenech Adami ma baqax Prim Ministru, u sar Kap ta' l-Oppozizzjoni, huwa inghata karozza u xufier biss. Ix-xufier tieghu kien jithallas ta' xufier u hadd ma ppretenda xi preferenza jew trattament specjali, kif jidher li qed jippretendi is-Sur Joe Borg. Fil-fatt, is-Segretarju ta' Dr Fenech Adami bhala Kap ta' l-Oppozizzjoni thallas mill-fondi tal-Partit Nazzjonalista.

Fl-1998, sabiex titnehha kull possibilta ta' abbuz fis-sistema ta' secondments, u fl-ahjar interessi tat-trasparenza, gie deciz mill-Kabinett Nazzjonalista ‘l-gdid' li l-EBDA secondment ma jista jsir anki dawk ghal mas-Segretarjati ta' Ministri u Segretarji Parlamentari. Kull min kien f'kumpanija parastatali u gie maghzul minn Ministru jew Segretarju Parlamentari kellu jiehu l-leave without pay,u jithallas skond ix-xoghol gdid li tqabbad jaghmel fis-Segretarjat. B'hekk inholqot uniformita fl-iskali kollha tal-hlasijiet fis-Segretarjati ta' Ministri u Segretarji Parlamentari. Dan jirrizulta car mill-Memorandum tal-Kabinett approvat f'Settembru 1998 u li kopja tqeghdet fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati f'Ottubru 1998. L-istess proceduri bdew japplikaw ukoll ghax-xufier tal-Kap tal-Oppozzizjoni.

Ghalhekk huwa car li l-posizzjoni li qed jitlob is-Sur Borg mal-Kap ta' l-Oppozizzjoni fuq bazi ta' secondment mill-Maltacom p.l.c., ma tistax issir ghall-istess ragunijiet li ma setghux isiru certi hatriet fis-Segretarjati ta' Ministri u Segretarji Parlamentari wara l-elezzjoni ta' Settembru 1998.

Hija kwistjoni personali bejn Dr Alfred Sant u s-Sur Joe Borg jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex accettabbli ghat-tnejn. F'dawn ic-cirkostanzi, jekk il-Kap tal-Oppozizzjoni jixtieq ihallas lil dan l-individwu aktar minn dak li hu specifikat ghal post ta' xufier, huwa ghandu jsib il-fondi ghal dan l-iskop minn entitajiet mhux kontrollati mill-Gvern.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow