Left arrow Mur Lura

Stedina tal-Gvern biex l-Oppozizzjoni tinnomina Membru fil-Kummissjoni Nazzjonali tas-Sahha Mentali

PR0145
Date Icon 05/02/1999

Wiehed mill-isbah rigali li jista' jinghata l-poplu hu li jkun accertat li jekk iz-zewg nahat tal-Kamra ma jaqblu fuq xejn, jaqblu li s-sahha tal-poplu ghandha tinzamm 'il boghod mill-pika tal-politika partiggjana. Izda sfortunatament l-Oppozizzjoni dan ma tridx tifhmu.

Dan qalu l-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, meta dalghodu kien qed izur l-Isptar Monte Carmeli fl-okkazjoni tal-Jum Dinji tal-morda li jkun celebrat fil-11 ta' Frar 1999.

Louis Deguara qal li kien sorpriz kif l-Oppozizzjoni ma accettatx li tinnomina membru min-naha taghha fil-Kummissjoni Nazzjonali tas-Sahha Mentali. Hu qal li l-Gvern tant kemm ma jharisx lejn din il-Kummisssjoni minn lenti politka li, minn 16–il membru li kien hemm f'din il-Kummissjoni, 9 minnhom regghu kienu konfermati u dan minkejja li kienu nominati mill-amministrazzjoni precedenti. Il-Ministru tas-Sahha qal li zgur li l-Oppozizzjoni taqbel man-nomina ta' dawn il-membri u ghalhekk it-talba ta' l-Oppozizzjoni li tkun hi li tinnomina nofs il-membri ta' din il-Kummissjoni hija biss skuza.

Il-Ministru Deguara qal li madankollu l-Gvern xorta hu determinat li jkompli jimplimentra r-riformi necessarji fil-kura tas-Sahha Mentali u dan biex igawdu minnu l-klienti nfushom u wara li jkun hemm qbil fuqhom min-naha tal-Kummissjoni.

F'dawn l-ewwel hames xhur ta' l-amministrazzjoni prezenti, tenna l-Ministru tas-Sahha, zgur li ntwera bic-car kemm il-Gvern hu impenjat f'dan il-qasam u fost l-ohrajn semma l-eghluq ta' Ward 10 ta' l-irgiel u d-diversi attivitajiet socjali li saru fl-isptar Monte Carmeli, li uhud minnhom saru ghall-ewwel darba f'dan l-isptar.

Il-Ministru tas-Sahha qal li l-bieb lill-Oppozizzjoni ser jibqa' miftuh biex tippartecipa fil-qasam tas-Sahha. Hu enfasizza li l-Oppozizzjoni trid tifhem li dak li qed jaghmel il-Gvern mhux qed jaghmlu ghal voti, imma qed jaghmlu ghax verament ghandu ruh socjali u jemmen li ghandu jghin lil minn l-aktar hu fil-bzonn.

Fi tmiem id-diskors tieghu, il-Ministru Deguara rringrazzja lid-Deputat Chairman tal-Maltacom, is-Sur Salvu Zammit, ghal ghotja ta' 300 telefonata internazzjonali li ser jintuzaw mill-klijenti ta' l-isptarijiet pubblici.

Wara d-diskors tal-Ministru tas-Sahha, mart il-President tar-Repubblika, is-sinjura Gemma Mifsud Bonnici, mart il-Prim Ministru, is-sinjura Mary Fenech Adami, mart il-Ministru tal-Politika Socjali, is-sinjura Kate Gonzi u mart il-Ministru tas-Sahha, it-Tabiba Maria Deguara, qassmu rigali lill-klijenti ta' l-Isptar Monte Carmeli.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow