Imniedi Programm ta' tahrig ghal Gwardjani Lokali
Is-Segretarju Parlamentari fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, Dr. Austin Gatt, qal li l-gwardjani lokali li se jidhlu fis-sehh ghal tmiem din is-sena, se jkunu pass storiku ghal pajjizna f'dak li ghandu x'jaqsam ma' infurzar ta' ligijiet. Fost ir-responsabbilitajiet ta' dawn il-gwardjani se jkun hemm l-infurzar ta' l-indafa pubblika, ipparkjar illegali ta' vetturi, kontroll ta' licenzji mahruga mill-Kunsilli u diversi ligijiet ohrajn li se jigu ddevoluti fil-futur.
Huwa qal dan waqt li nieda programm ta' tahrig ghall-gwardjani lokali prospettivi li qed ikun organizzat mill-Korporazzjoni ghax-Xoghol u Tahrig, b'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali.
Dr. Gatt sostna li dawk kollha interessati li joffru dan is-servizz lil Kunsilli Lokali ghandhom jattendu ghal dan il-kors. Dan minhabba l-fatt li dawk li jtemmu b'success dan il-kors ikunu jistghu joffru dan is-servizz. Dan ghaliex l-importanza tas-serjet'? u l-integrit'? ta' dawn il-gwardjani se tkun determinanti sabiex it-tribunali lokali jithaddmu b'mod effettiv u jilhqu l-ghan ta' decentralizzazzjoni tas-sistema gudizzjarja fil-pajjiz.
"Huwa importanti wkoll li jinghad b'mod car li l-Kunsilli Lokali m'humiex se jimpjegaw lil dawn il-gwardjani lokali huma, izda biss se jixtru s-servizz permezz ta' kuntratt, jew ma' persuni partikolari, jew ma' agenziji u/jew kumpanniji," kompla Dr. Gatt.
Dawk kollha li japplikaw sabiex jattendu dan il-kors ghandu jkollhom aktar minn 18-il sena, jkunu jafu jiktbu u jaqraw, u importanti hafna li jkollhom il-kondotta tal-pulizija nadifa. L-applikazzjonijiet jistghu jinkisbu mill-Ufficcji ta' l-ETC, f'Hal Far, il-Belt Valletta u Victoria Ghawdex, u kif ukoll mill-ufficcji tal-Kunsilli Lokali.
Kull kors se jkun jikkonsisti fi 62 siegha ta' lectures. Il-prezz ghal kull kors se jkun dak ta' Lm50, filwaqt li ghal persuni li qed jirregistraw, il-kors se jkun b'xejn. Il-Korporazzjoni se taccetta applikazzjonijiet ghall-ewwel kors, li se jibda fl-ewwel gimgha ta' Marzu, sa nhar il-Gimgha, 19 ta' Frar 1999.
Dawk kollha li se japplikaw ghandom jattendu laqgha li se ssir nhar il-Gimgha, 26 ta' Frar 1999, fil-bini ta' l-ETC, f'Hal Far. Ghall-aktar informazzjoni dwar il-korsijiet wiehed jista' jcempel lil Ms Sandra Vella Valletta, Local Wardens Course Coordinator, fuq in-numru tat-telefon 68 48 59.
Prezenti ghal Konferenza ta' l-Ahbarijiet kien hemm ic-Chairman gdid ta' l-ETC, Dr. Robert Tufigno, ufficjali ohra ta' l-ETC u kif ukoll ufficjali tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN