Stqarrija mill-Maltapost plc dwar serq ta' oggetti postali fl-Awstralja
Maltapost plc laqghet bil-ferh l-ahbar li l-Awtoritajiet Awstraljani rnexxielhom ikissru cirku ta' nies li nqabdu jikkommettu serq ta' oggetti postali li, jew ikunu fi triqthom ghal Malta, jew ikunu ghadhom kif waslu l-Awstralja minn Malta.
Ghal Maltapost dan hu l-akbar certifikat, ghax jikkonferma dak li dejjem qalet - li l-posta ta' Malta qatt ma kienet involuta fit-telf tal-kwantit'? kbira ta' oggetti postali mibghuta mill-Awstralja u anki minn Malta.
Maltapost ilha xhur twal tirribatti l-akkuzi li l-posta Maltija kienet tahti ghat-telf ta' ittri u pakki mibghuta mill-Awstralja jew minn Malta.
Maltapost dejjem sostniet li ma kienx tort taghha, waqt li fissret li bis-sistema li tintuza f'Malta, valigga li tasal minn barra, naturalment inkluza dik mill-Awstralja, titqassam generalment fi zmien 24 siegha.
Maltapost, l-Ufficcju tal-Postmaster General u Posta Ltd kienu sahansitra talbu l-ghajnuna mhux biss tal-posta Awstraljana, izda ukoll tal-Kummissjoni Gholja Maltija f'Canberra, u l-Kummissjoni Gholja Awstraljana f'Malta offriet l-ghajnuna taghha wkoll.
Maltapost tittama li issa li dan ic-cirku tkisser, kollox jerga' ghan-normal fi zmien qasir.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN