Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jiltaqa' ma' sidien tal-hwienet u mal-Kunsill Lokali tal-Birgu

PR0138
Date Icon 04/02/1999

L-Onorevoli Edwin Vassallo, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, kien il-mistieden ewlieni ghal-laqgha li zamm il-Kunsill Lokali Birgu ghas-sidien tal-hwienet tal-lokal. It-tema tal-laqgha kienet "Il-Problemi li Tiffaccja f'Xoghlok". Ghal-laqgha kien hemm rapprezentanza tan-negozjanti zghar li hemm il-Birgu, fosthom sidien tal-grocers, tat-taxis, u tal-hwienet tal-laham u tas-souvenirs.

Fl-introduzzjoni tieghu, l-Onor. Edwin Vassallo wera s-sodisfazzjon li ssejhet din il-laqgha, li kienet turi kif l-awtoritajiet responsabbli, kemm dawk centrali u dawk lokali, qed ikunu aktar vicin tan-nies u ghalhekk aktar accessibbli u aktar lesti biex jamministraw ghall-bzonnijiet attwali taghhom. "Niehu l-ezempju tal-lokalit'? fejn qed niltaqghu: il-Birgu, belt imdawra u mharsa minn swarijiet majestuzi u sbieh. Izda llum wasal iz-zmien li nhottu s-swarijiet kulturali u jkollna kultura li thaddan fiha orizzonti aktar wisghin u ghalhekk opportunitajiet ahjar. Dan ikun jidher ahjar illum ghall-fatt li l-licenzji kummercjali ser ighaddu f'idejn il-Kunsilli Lokali, parti mill-programm ta' sussidjarjet'? kif imwieghed fil-Programm Elettorali tal-partit fil-Gvern", qal is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.

Is-sindku tal-Birgu, is-Sur John Boxall, wara li ta merhba lis-Segretarju Parlamentari u rringrazzjah ta' l-interess li qed juri fil-lokalit'?, qal li ghalkemm kullhadd jaghraf li l-Birgu ghandu bzonn investimenti kummercjali godda li jwasslu ghal hajja socjali ahjar, qed ikun hemm nuqqas ta' ghajnuna mill-awtoritajiet biex dan il-pass jibda jsehh u jitwettaq. Huwa semma kaz ta' investitur li xtaq jiftah cafeteria fil-Birgu, izda l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar ma hargitx il-permess mehtieg. Il-Birgu hu lokalit'? ta' attrazzjoni turistika u kulturali, izda t-turisti fil-Birgu jigu u jitilqu bil-harba. L-operaturi turistici ma jallokawx bizzejjed hin halli dawn ikunu jistghu jduru u japprezzaw il-Belt u jaghtu kontribut ekonomiku lil-lokalit'?

In-negozjanti li kien hemm ghal-laqgha offrew il-kummenti taghhom: l-investiment privat li hu mehtieg isir jiswa hafna flus; in-nuqqas ta' facilitajiet turistici jista' jkun il-fatt li t-turist ma jaghmilx hin twil fil-Birgu; il-kompetizzjoni ta' supermarkets kbar u bejjiegha tal-monti qed jaffettwaw il-bejgh tal-grocers lokali. Dawn urew it-thassib taghhom li meta jitwettaq il-progett tal-Kottonera dan jista' jkollu effett fuq il-prezzijiet, li dawn jibdew joghlew ghax ikun hemm min japprofitta ruhu mit-tip ta' ‘turist' li jibda jigi.

L-Onor. Edwin Vassallo qal li l-Gvern huwa kommess li jkun hemm zviluppi ekonomici li jkunu sostenibbli ma' l-izvilupp socjali. Ma baqax iz-zmien li jkun hemm sitwazzjoni ta' stat polizjesk. Il-principju ta' suq hieles, li jopera skond regolamenti xierqa mwettqa mill-awtoritajiet, ghandu jkun il-mezz ta' kontroll. Ghandna nfittxu li jkun hemm bidliet ta' perswazjoni u mhux ta' bil-fors. Minnflok li n-negozjanti jikkompetu ma' xulxin, biex wiehed jirbah fuq l-iehor, jistghu jaghzlu li jikkoperaw flimkien halli jgawdu minn beneficcji ekonomici ta' kummerc akbar. Minnflok wiehed jaghlaq lill-iehor barra, iwaqqghu is-sur li jifridhom u jaghzlu li jikkompetu fi sfera ta' opportunitajiet akbar' temm jghid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow