Zjara mis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo fil-Kunsill Lokali ta' l-Imsida
F'laqgha li kellu mal-Kunsill Lokali ta' l-Imsida, s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo, fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, qal li bil-hidma ko-ordinata bejn il-Kunsill Lokali u l-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici zgur li jintlahaq ahjar l-iskop ta' hidma ta' servizz li kull wiehed ghandu jaqdi lejn il-konumita'.
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo sahaq li l-Kunsill Lokali huwa l-aktar qrib tal-problemi li jista' jkollu s-settur tan-negozju f'dik il-lokalita'. Ghalhekk dan jista' jkun il-lehen tas-settur tan-negozju fl-Imsida li jwassal l-inizjattivi u anke l-problemi tal-lokalita' lill-Gvern Centrali. Huwa kompla jghid li pajjizna jehtieg direzzjoni b'edukazzjoni u mhux b'forza. Jehtieg li wara kull bidla l-Kunsill Lokali, bhala Gvern Lokali, jghallem u jeduka lill-komunita' kif ukoll is-settur tan-negozju.
Is-Segretarju Parlamentari tkellem dwar is-sitwazzjoni prezenti ta' bidla mis-sisa ghal V.A.T. fejn wera kif il-Gvern iddecieda li jasal ghal din il-bidla b'edukazjoni li twassal ghal perswazzjoni u mhux forza. Huwa qal li fi zmien ta' bidla mis-sistema ta' dazju u sisa ghall-V.A.T., il-Gvern Centrali qed jibghat ufficjali tad-Dipartiment tal-Kummerc u mid-Dipartiment tal-V.A.T. fil-hwienet, mhux bhala inspectors izda bhala instructors, mhux bhala pulizija izda bhala ghalliema. Dan qed isir biex ma jinholoqx konflitt bejn il-Gvern, in-negozju u l-konsumatur.
Dak li nehtiegu huwa li ninvestu fit-tishih tal-fiducja f'xulxin. Il-fiducja li qed juri il-Gvern fis-settur tan-negozju ghandha tkun xiehda biex in-negozjant jaghraf jaqdi dmiru skond ir-regoli tas-suq hieles u jadatta prezzijiet gusti li jirriflettu il-vantaggi tal-V.A.T. u b'hekk il-kosumatur ikun offrut l-ahjar prezzijiet. Dawk in-negozji li jippruvaw jiehdu vantagg min din is-sitwazzjoni ta' bidla u jzidu il-qliegh, ser jirrizultalhom tnaqqis fin-negozju. Il-Gvern qed jaghmel kull ma jista' biex jipperswadi lis-settur tan-negozju iwiegeb b'responsabbilta' lejn din il-htiega tas-suq li finalment trid tirrispetta il-htigijiet tal-konsumatur.
Din hija l-itwal triq u forsi l-izjed difficli li Awtorita' tista' tiehu, izda zgur izjed effettiva min kull forza ta' kontroll pulizjesk li ma jwassal ghal xejn hlief biex titnissel sfiducja fil-pajjiz u jitkattar l-istagnar ekonomiku.
Il-Gvern huwa fiducjuz li bil-process ta' perswazzjoni li qed joffri ikun izjed effettiv ghaliex kull negozju li qieghed jintalab jirranga il-prezz, dan qed jaghmlu ghal-favur il-konsumatur u fl-istess waqt in-negozju mhux qed jitlef il-qliegh gust tieghu.
Is-Segretarju Parlamentari temm jghid li din hija d-decizzjoni ta' kull awtorita' li taghmel l-ahjar ghazliet biex tibni il-fiducja u mhux biex turi forza li ma twassal ghal xejn. Din hija wkoll l-isfida ta' kull kunsill lokali fi x'hin jasal biex iwettaq bidla.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN