Il-Vici Prim Ministru Guido deMarco jindirizza Seminar tal-Young Leaders Forum fl-Universita' Bocconi ta' Milan
Ir-rwol taz-zghazagh biex jigu evitati l-konflitti fir-regjun tal-Mediterran kien is-suggett tad-diskors li llum il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, il-Prof. Guido de Marco ghamel meta ndirizza seminar li qed isir mill-"Young Leaders Forum" fl-Universita` Luigi Bocconi ta' Milan.
Fid-diskors tieghu il-Vici Prim Ministru analizza s-sitwazzjoni politika u ekonomika fil-Mediterran, iz-zoni ta' konflitti attwali u potenzjali, l-azzjoni politika li qeghda ssir minn diversi oqsma internazzjonali kif ukoll il-kontribuzzjoni ta' Malta f'dan il-kontest.
Il-Prof. de Marco stieden liz-zghazagh biex ikomplu jizviluppaw l-attivitajiet internazzjonali ntizi biex isahhu l-paci fil-Mediterran, inkluz il-proceduri ikkontemplati taht il-process Ewro-Mediterranju kif ukoll l-involviment taz-zaghzagh biex isahhu r-relazzjonijiet f'kontest li jkun l'hemm mid-diplomazija normali.
Il-Vici Prim Ministru semma wkoll ir-rwol importanti li n-Nazzjonijiet Uniti jistghu jizvolgu u r-riformi li jistghu jsahhu l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti.
F'dan is-Seminar ippartecipaw ukoll diversi personaggi mportanti u madwar 150 student min 40 pajjiz differenti fosthom studenti Maltin.
Wara l-interventi tal-kelliema saru diversi domandi kif ukoll interventi mill-istudenti li kienu interessanti.
Il-Vici Prim Ministru ha l-okkazzjoni taz-zjara tieghu f'Milan biex izur l-ufficcju "Business Centre" ta' Malta. Huwa ltaqa' mar-rapprezentant tal-M.D.C. is-Sur Andrew Spiteri, mar-rapprezentant tal-B.O.V. is-Sur Peter Perotti, ir-rapprezentant tal-N.T.O.M. is-Sur Robert Zammit kif ukoll ir-rapprezentant tal-Air Malta is-Sur Angelo Zammit.
Il-Vici Prim Ministru mistenni lura Malta aktar tard il-lejla 3 ta' Frar 1999.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN