Il-Ministru ghall-Politika Socjali jwiegeb lill-Kap ta' l-Oppozizzjoni dwar l-Ispettorat tal-Korporazzjoni ghax-Xoghol u Tahrig ETC
PR0133
03/02/1999
B'riferenza ghal dak li qal il-Kap tal-Oppozizzjoni fl-istqarrija tieghu tal-bierah 2 ta' Frar 1999 dwar l-Ispettorat tal-ETC, ghandi nghid dan li gej:
- L-investigazzjoni dwar l-Ispettorat ta' l-ETC saret bl-approvazzjoni shiha ta' dan il-Ministeru li ta' struzzjonijiet cari lill-Management tal-Korporazzjoni biex issir bl-aktar mod effettiv u biex jittiehdu dawk il-mizuri kollha li l-Management ikun jidhirlu li ghandu jiehu fic-cirkostanzi. Fil-fatt, din kienet l-ewwel darba f'dawn l-ahhar sentejn li saret investigazzjoni dettaljata u serja dwar, il-mod kif tahdem xi sezzjoni tal-Korporazzjoni u turi li dan il-Ministeru huwa determinat li jara illi l-affarjiet isiru sewwa, b'serjeta u b'gustizzja ma kullhadd – hu min hu.
- Ir-rizultat ta' l-investigazzjoni ma intefax "taht it-tapit". Ghal kuntrarju, immedjatament hareg charge kontra l-impjegati koncernati. Il-procedura li ntuzat hi dik imnizzla fil-Ftehim Kollettiv.
- Meta ebda wiehed mill-impjegati ma wiegeb ghac-charge, kif kellhom dritt li jaghmlu skond l-artikolu 5.4 tal-Ftehim Kollettiv, ic-Chief Executive tal-Korporazzjoni informa lil kull wiehed mill-impjegati bil-passi dixxiplinari li hu kien qed jiehu kontra taghhom individwalment.
- Skond il-Ftehim Kollettiv, il-massimu tal-piena kien li l-impjegat jitlef increment wiehed jew sospensjoni ta' gimgha bla paga. Id-decizjoni li ttiehdet mic-Chief Executive tvarja skond ic-charge li saret. Kien hemm min wehel sospensjoni ta' tlett ijiem, kien hemm min wehel sospensjoni ta' jumejn u kien hemm min wehel sospensjoni ta' gurnata. L-impjegati kollha gew avzati li ksur iehor tar-regolamenti kien ifisser piena hafna izjed harxa.
- Fil-fatt hemm investigazzjonijiet ohrajn li ghadhom ghaddejjin.
- Huwa ghajb ghall-Kap tal-Oppozizzjoni li jpingi kollox bil-kulur politiku. Il-fatt hu li saret l-investigazzjoni u ttiehdu l-passi dixxiplinari li kellhom jittiehdu minghajr distinzjoni ta' xejn. Jekk il-Kap tal-Oppozizzjoni jinteressah x'inhu l-kulur politiku tan-nies involuti, allura din bicca tieghu u hu ghandu jara jekk dak li qal huwiex veru jew le.
- Huwa ovvju li m'hemmx paragun bejn din l-investigazzjoni u l-kaz tal-paramedic aides li bhalissa hu suggett ta' proceduri kriminali
- Ir-rapport li sar dwar l-investigazzjoni jispjega l-mod ta' kif jahdem l-ispettorat u jirrakkomanda tibdil fil-proceduri u l-metodi li ghandhom jintuzaw biex l-ispettorat ikun aktar efficjenti. Minhabba s-sensittivita tax-xoghol, m'huwiex fl-interess ta' l-istess ETC li kullhadd ikun jaf kif jahdem l-ispettorat u ghalhekk ma jkunx ghaqli li dan ir-rapport jigi pubblikat. B'danakollu jiena lest li nghaddi kopja tieghu lill-Kap ta' l-Oppozizzjoni b'mod kunfidenzjali, jekk nigi mitlub.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN