Left arrow Go Back

Il-Ministru Louis Deguara jinawgura l-Fiera ta' l-Ikel u Xorb fin-Naxxar

PR0131
Date Icon 03/02/1999

"Il-Ministeru tas-Sahha huwa impenjat li jara li l-kwalita' ta' l-ikel li jircievi l-konsumatur ikun ta' kwalita' tajba kif ukoll tajjeb ghas-sahha".

Dan qalu l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara meta kien qed jinawgura l-Fiera ta' l-Ikel u x-Xorb li qed issir fin-Naxxar.

Louis Deguara tenna li matul l-istorja il-bniedem ta' bilfors gharaf il-bzonn ta' l-ikel izda bl-izvilup ta' civilizzazzjoni tal-bniedem, l-ikel ma baqax biss bzonn izda sar ukoll attivita socjali. B'hekk ta bilfors ix-xjenza ta' l-ikel kellha taghmel passi kbar, u waqt li saret diversifikazzjoni sostanzjali ta' ikel li jaghmel il-gid, daqstant iehor nsibu certu ikel li mhuwiex ta' nutriment jew ta' sahha daqs kemm wiehed jixtieq.

Il-Ministru tas-Sahha qal li llum l-produtturi u l-manifatturi ta' l-ikel fehmu wkoll il-bzonn li fis-suq ikun hawn prodotti mhux biss b'valur nutrittiv imma wkoll li jkun tajjeb ghal dawk bi bzonn ta' dieta specjali. Huwa ghalhekk tenna l-Ministru tas-Sahha li wiehed jinnota b'sodisfazzjon li llum wiehed ghandu ghazla vasta ta' ikel. Dan xorta ma jfissirx li l-konsumatur ghandu jinjora li jzomm dieta bilancjata. Huwa ghalhekk li d-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha haseb biex minn zmien ghal iehor jinforma lill-pubbliku dwar l-importanza ta' dieti bilancjati u li jinkludi ikel nutrittiv. Dan l-istess Dipartiment jahseb ukoll li jeduka lill-poplu dwar il-kontroll fuq ix-xorb alkoholiku tenna Louis Deguara.

Id-Dipartiment tas-Sahha tenna l-Ministru Deguara jiehu hsieb ukoll l-igene ta' l-ikel. Hija sfortuna tenna l-Ministru tas-Sahha li llum ghadna nisimghu b'numru sostanzjali ta' kazijiet ta' avvelenament ta' l-ikel. Liema kazijiet qed jizdiedu fin-numru kull sena tant li fl-ahhar sena kienu rappurtati aktar minn 800 kaz ta' avvelenament. Anke f'dan il-qasam id-Dipartiment huwa impenjat biex ikompli jeduka lil dawk involuti fil-qasam tal-catering sa biex ikunu aktar konxji tal-perikli li jistghu jkunu esposti ghalihom il-klienti taghhom minhabba nuqqas ta' attenzjoni. Id-Dipartiment jiehu hsieb ukoll li l-ufficjali tieghu jkunu mgharrfa bl-ahhar zviluppi f'dan il-qasam u ghalhekk kull sena numru minnhom jattendu ghal korsijiet biex ikunu dejjem aggornati.

Dan ix-xoghol ukoll qed ihalli l-frott mixtieq tenna l-Ministru tas-Sahha tant li mill-ikel impurtat is-sena li ghaddiet, kienu 7 biss mit-350 kunsinna li kellhom jitwaqqfu milli jiddahhlu f'Malta mill-awtoritajiet tas-Sahha.

"Madankollu," tenna l-Ministru tas-Sahha, "dejjem jibqa fejn wiehed jista' jtejjeb u hu ghalhekk fi hdan id-Dipartiment tas-Sahha qed isir ezercizzju legali biex l-istruttura prezenti tal-‘enforcement' tissahhah b'regolamenti godda li waqt li jaggornaw il-ligijiet mal-bzonijiet tal-lum, iressquna aktar lejn dawk Ewropej." Hu tenna li jinsab konvint li bil-prezenza taghha fil-Malta Standardisation Authority l-industrija privata tista taghti kontribut serju ghal dan il-ghan. "Fost affarijiet ohra il-ligi il-gdida dwar il-harsien ta' l-ikel ghandha tiehu hsieb biex jizdiedu l-penali ghal reati li b'xi mod jikkompromettu s-sahha pubblika" temm jghid il-Ministru tas-Sahha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow