Left arrow Mur Lura

Il-Ministeru ghat-Turismu u l-Assocjazzjoni tal-Lukandi u Stabilimenti ta' l-Ikel (MHRA) ihejju ghas-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja

PR0128
Date Icon 03/02/1999

Fl-ahhar minn sensiela ta' laqghat li l-Ministru ghat-Turizmu, Michael Refalo, flimkien ma' ufficjali tal-Ministeru jkollhom mal-Kunsill tal-MHRA (27/1) ntlahaq ftehim biex, fix-xhur li gejjin, l-MHRA torganizza sensiela ta' Seminars ghal membri taghha, fejn jigu mistharrga l-effetti tas-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea fuq l-industrija tat-turizmu. Il-Ministru Refalo habbar ukoll li qed isiru thejjijiet sabiex, lejn tmiem is-sena, il-Ministeru jorganizza konferenza dwar dan is-suggett, li fiha jiehu sehem kull min hu mdahhal fl-industrija tat-turizmu.

Gie diskuss wkoll rapport li l-MHRA ikkummissjonat dwar il-qaghda u l-prospetti tal-lukandi zghar u mistharreg l-ahjar mod kif il-Gvern u l-MHRA jistghu jghinu u jigu mhaddma xi mizuri proposti fir-rapport. Fl-istess hin il-Ministeru, per mezz tal-Bord tal-Lukandi u Stabbilimenti ta' l-Ikel (HCEB), qieghed f'kuntatt mal-MDC u mal-IPSE biex jistharreg kif l-ahjar ighin dawn l-imprizi.

Il-problema, l-aktar fix-xitwa, ta' access ghat-turisti lejn Ghawdex u l-ahjar mod kif ir-reklamar u promozzjoni kollha li qed issir ghal gzira Ghawdxija jigu msarrfa f'volum akbar ta' turizmu, is-sehem tal-lukandiera fit-tahrig tal-istudenti tal-ITS, il-kuncett tal- "all inclusive" u l-qaghda attwali kienu suggetti ohra diskussi fil-laqgha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow