Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern jelabora dwar il-Konsultazzjoni Pubblika dwar ir-riforma fil-process ta' l-Ippjanar
Il-Gvern huwa kommess li jaghmel riforma fil-process ta' l-ippjanar. Din ir-riforma hija intiza biex il-process ta' l-ippjanar isir iktar efficjenti, effettiv u rilevanti ghall-Gzejjer Maltin fiz-zmien tal-lum, minghajr ma ninsew l-obbligazzjonijiet li ghandna lejn il-generazzjonijiet futuri. Ghal din ir-riforma, il-Ministeru ta' l-Intern hejja programm ta' konsultazzjoni pubblika li se tittratta l-oqsma li gejjin:
- Il-funzjonijiet u l-mod kif inhuma kostitwiti l-bordijiet kollha li ghandhom x'jaqsmu ma' l-ippjanar;
- Il-proceduri li bihom ikunu preparati u riveduti l-policies u pjani;
- Il-process ta' l-applikazzjoni ghall-permessi ta' l-izvilupp, jigifieri l-process kollu minn x'hin wiehed japplika sa' l-appell u d-drittijiet ta' terzi persuni;
- L-infurzar tal-ligijiet fir-rigward tal-kontroll ta' l-izvilupp;
- Kull haga ohra li hemm bzonn li tigi ndirizzata biex il-process ta' l-ippjanar jissahhah.
Il-konsultazzjoni pubblika se tkun organizzata bil-mod li gej:
A. Laqghat Regjonali
1. Ghar-residenti tat-Tramuntana ta' Malta
Data: Is-Sibt, 20 ta' Frar 1999
Post: Ir-Rabat
2. Ghar-residenti tan-Nofsinhar ta' Malta
Data: Is-Sibt, 27 ta' Frar 1999
Post: Santa Lucija
3. Ghar-residenti t'Ghawdex
Data: Is-Sibt, 6 ta' Marzu 1999
Post: Ir-Rabat, Ghawdex
4. Ghar-residenti tac-Centru ta' Malta
Data: Is-Sibt, 20 ta' Marzu 1999
Post: Il-Furjana
B. Freephone ghal leaflets
Ser ikun hemm linja apposta biex il-pubbliku jkun jista' jaghmel ir-rakkomandazzjonijiet jew suggerimenti ghar-riforma. Kull min jahseb li jista' jaghti kontribut huwa mitlub li jcempel fuq FreePhone 0800 77 44 13 biex jircievi leaflet apposta fejn ikun jista' jikteb is-suggerimenti tieghu. Il-leaflets se jkunu jistghu jingabru wkoll mill-Kunsilli Lokali. Il-leaflets, li se jaghtu gwida dwar kif ghandhom ikunu prezentati s-suggerimenti, ghandhom jaslu lura fil-Ministeru ta' l-Intern mhux iktar tard mill-ahhar ta' Marzu.
C. Intervisti
Se jsiru wkoll numru ta' intervisti intensivi ma' persuni li b'xi mod jew iehor huma nvoluti fil-process ta' l-ippjanar. Dawn il-persuni se jigu minn oqsma diversi, bhall-politika, kunsilli lokali, il-harsien ta' l-ambjent, kuntratturi, periti, gurnalisti, u ohrajn. Ir-rizultat ta' dawn l-intervisti se jkunu mbaghad prezentati f'rapport wiehed.
D. Konsultazzjonijiet ma' Korpi Kostitwiti
Se jigu intensifikati wkoll il-konsultazzjonijiet mal-Korpi Kostitwiti bhal, per ezempju, il-Kamra tal-Periti, il-Kamra ghall-Ippjanar Ambjentali, il-Federazzjoni ta' l-Industriji, il-GRTU, l-Ghaqdiet Ambjentali u l-Kamra tal-Kummerc. Ta' min isemmi hawnhekk li l-Building Industry Consultative Council (BICC) nhar il-Gimgha li gej se jaghmel seminar fejn l-ghaqdiet kostitwiti fi hdanu se jiddiskutu l-process ta' l-ippjanar f'pajjizna. Inheggu lill-ghaqdiet mhux governattivi kollha biex jibdew jiddiskutu fi hdanhom il-process ta' l-ippjanar u jaghmlu s-suggerimenti taghhom.
E. Konferenza Nazzjonali
Il-process ta' konsultazzjoni pubblika jilhaq il-qofol tieghu bil-Konferenza Nazzjonali li se ssir f'April. Fil-konferenza se jkun hemm diskussjoni wiesa' dwar ir-riforma.
CORE GROUP
Process iehor parallel mal-konsultazzjoni pubblika huwa d-diskussjonijiet li qed ikollu core group li twaqqaf apposta mill-Ministeru biex jevalwa l-proposti differenti. Dan il-core group ta' tmien persuni, li diga' beda jiltaqa', se janalizza, fost l-ohrajn:
- dak li jkun gie suggerit mill-pubbliku fil-laqghat regjonali
- is-sottomissjonijiet li jircievi l-Ministeru
- il-proposti ta' l-ghaqdiet kostitwiti
- ir-rapport globali ta' l-intervisti
Barra minn dan, il-core group se johrog ukoll bil-proposti tieghu stess.
ID-DECIZJONI GHALL-KABINETT
Wara li l-Ministeru jkun sema' l-proposti kollha ta' kulhadd, kemm individwi kif ukoll Korpi Kostitwiti, jipprezenta rapport lill-Kabinett bi proposti varji, biex il-Kabinett jerfa' r-responsabilita' li jaghzel dawk il-proposti li jidhirlu li huma fl-ahjar interess tal-process ta' l-ippjanar u tal-pajjiz.
APPELL
Nixtieq nappella lil kull persuna biex taghti s-sehem attiv taghha biex ir-riforma fil-process ta' l-ippjanar tkun tabilhaqq wahda li fiha kull min ghandu jaghti sehem jaghtih bir-responsabbilta' kollha.
Ara wkoll il-Ministru ta' l-Intern Dr. Tonio Borg iniedi Konsultazzjoni Pubblika dwar ir-riforma fil-process ta' l-Ippjanar.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN