Stqarrija mill-Ministeru ta' l-Intern dwar ir-Riforma fil-Korp tal-Pulizija
Il-Kap ta' l-Oppozizzjoni, l-Onor. Alfred Sant, f'laqgha politika li kellu l-Hadd li ghadda gie rrapurtat li allega li l-Ministru Tonio Borg waqqaf ir-riforma fil-Korp tal-Pulizija biex ikun jista' jiffavorixxi lil xi membri tal-Korp.
Mill-elezzjoni ta' Settembru 1998 sal-lum, il-Ministru ta' l-Intern, Tonio Borg, kellu total ta' sitt laqghat dwar il-ligi l-gdida tal-Pulizija u dwar il-modernizzazzjoni tal-Korp. Barra minn hekk, il-Ministru Borg kellu numru ta' laqghat ma' ufficcjali gholja tal-Pulizija, fosthom mal-Kummissarju, George Grech, fejn ir-Riforma fil-Korp kienet diskussa bi prijorit'?. Dan minbarra ghadd ta' laqghat informali dwar l-istess tema.
Fatt iehor li l-Kap ta' l-Oppozizzjoni jidher li konvenjentement nesa jsemmi, jew harablu minn taht ghajnejh, jirrigwarda l-flus li gew allokati ghall-Korp din is-sena. L-ispiza rikorrenti ghal din is-sena tlahhaq it-Lm12,897,000 meta il-Gvern precedenti kien alloka Lm12,009,000 fl-1998. L-ispiza kapitali ghall-1999 hija ta' Lm 500,000, meta il-Gvern precedenti kien alloka Lm150,000 anqas. Ta' min wiehed jghid li z-zieda fl-ispiza rikorrenti serviet biex jinghata lura l-overtime tal-Pulizija, illi bl-iskuza tar-riforma, kien tnehha taht il-Gvern precedenti u biex tiffinanzja programmi u inizjattivi godda li jinkludu xiri ta' apparat gdid biex jghin lill-pulizija fix-xoghol taghhom.
Dawn huma fatti m'hux fantasija. Il-Kap ta' l-Oppozizzjoni jidher li jinsab mizinformat ghal kollox u jigbed konkluzjonijiet fantastici fuq premessi li dig'? jkunu 'l boghod hafna mir-realt'?.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN