Left arrow Mur Lura

Aktar koperazzjoni bejn l-Awtorita' tad-Djar u l-Kunsilli Lokali

PR0116
Date Icon 01/02/1999

Is-Segretarju Parlamentari fl-Ufficju tal-Prim Ministru, Dr. Austin Gatt, qal li filwaqt li jawgura lill-Awtorit'? tad-Djar talli hadet pass bhal dan li tutilizza l-Kunsill Lokali sabiex tersaq aktar lejn il-htigijiet ta' residenti f'lokalitajiet partikolari, fisser ukoll li l-politika tal-Gvern hija dik li tpoggi l-Kunsilli Lokali fic-centru tal-hidma tieghu.

Huwa qal dan waqt attivit'? li ghaliha attenda l-Ministru tal-Politika Socjali, Dr. Lawrence Gonzi, li matulha l-Awtorit'? tad-Djar inawgurat servizz gdid li se jinghata mill-ufficcji amministrattivi tal-Kunsilli Lokali ta' Bormla, Isla, Birgu u l-Kalkara.

"Dan qed isir billi l-Kunsilli Lokali qed jippartecipaw b'mod shih f'inizjattivi bhal dawn sabiex jghinu biex jinghata servizz aktar dirett lir-residenti taghhom," kompla jghid Dr.Gatt.

Huwa sostna li hemm bzonn li mhux biss korporazzjonijiet u entitajiet ohra governattivi, izda anke dawk kollha li b'xi mod jew iehor jaghtu servizz, kemm socjali bhal dan imwaqqaf mill-Awtorit'? tad-Djar, izda wkoll ta' xejriet ohra bhal dawk sportivi, kulturali ecc., jgharfu l-kontribut u l-ghajnuna li tista' tinghata permezz tal-Kunsilli Lokali.

"Il-Kunsilli Lokali huma intermedjarju effettiv u dirett bejn ir-residenti u dawk kollha li jaghtuhom xi tip ta' servizz - fl-ahhar mill-ahhar, hadd ma jaf il-htigijiet tar-residenti aktar minn dawk li jirraprezentawhom b'mod dirett fil-lokalit'?."

Fil-qasam specifiku tal-housing, Dr. Gatt stqarr li aktar 'l quddiem, il-Gvern irid jezamina kif ir-rwol tal-Kunsilli Lokali jista jikber, f'dik li hi manutenzjoni ta' Housing Estates, mill-ambjent generali taghhom sal-postijiet komuni tal-appartamenti; kif ukoll xi rwol jista' jkollhom l-istess Kunsilli fil-gbir tal-kera li ghandu l-Gvern.

Dr. Gatt temm l-intervent qasir tieghu billi awgura lill-Kunsilli Lokali involuti u lill-Awtorit'? tad-Djar talli flimkien se jaghtu servizz utli lill-komunit'?.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow