Hidma biex tkun miggielda l-problema ta' l-gharghar
Bħalissa tinsab għaddejja ħidma intensiva minn ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent biex titaffa l-problema tal-għargħar f'diversi lokalitajiet f'Malta. Din il-ħidma tikkonsisti f'tindif ta' widien u kanali għall-ilma u twessiegħ ta' pontijiet li minn taħthom jgħaddi l-ilma tax-xita. L-aktar involuti f'din il-ħidma huma l-ħaddiema tat-taqsima magħrufa bħala Storm Water System Unit, u dawk tad-Dipartiment tad-Distretti.
L-akbar pro'ett fost dawn huwa dak li tkun riżolta l-problema akuta tal-għargħar f''?al Qormi u fil-Marsa, li partijiet sostanzjali minnhom jispiċċaw mgħarrqa kull meta tagħmel maltempata. L-ewwel fażi ta' dan il-pro'ett waslet biex titlesta u kienet tikkonsisti partikolarment fit-tindif u tneħħija ta' kwantit'? kbira ta' materjal, inklużi vetturi mkissrin, irran'ar ta' lqugħ u ħitan, il-bini mill-'did ta' pontijiet u twessiegħ ta' partijiet mill-wied bejn ir-Rabat u '?al Qormi.
Fl-inħawi tar-Rabat inbidel pont qrib The Olive Gardens, wara li dan kien 'arrab ħsarat estensivi f'maltempata sena u nofs ilu u kien spiċċa fi stat perikoluż ħafna.
Bħalissa qed jinbena pont 'did f'tarf Triq Dimech, '?al Qormi, qrib l-impjant tal-Lowenbrau. F'dawn l-inħawi, li waqt kull maltempata kienu jispiċċaw mgħarrqa għal kollox b'detriment għar-residenti u għal xi fabbriki li hemm, qed isir xogħol estensiv, bl-involviment ukoll ta' ħaddiema tal-Kalaxlokk. Minbarra t-tneħħija u l-bini mill-'did tal-pont, twessa' l-kanal li jwassal għal taħt dan il-pont, u se titwessa' wkoll parti mill-kanal fid-direzzjoni lejn il-Marsa Sport Grounds. Il-pont f'tarf Triq Dimech qed jinbena ogħla u aktar wiesgħa minn dak li kien hemm qabel biex b'hekk il-volum qawwi ta' l-ilma jkollu aktar spazju minn fejn jgħaddi.
Waqt żjara li għamel dalgħodu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech f'dawn l-inħawi fejn seta' jara mill-qrib ix-xogħol li qed isir, sar magħruf li aktar 'il quddiem tibda t-tieni fażi tal-pro'ett, li, fost l-oħrajn, tikkonsisti fit-tindif tal-kanal li għaddej mill-Marsa Sports Club u li jwassal l-ilma minn '?al Qormi għall-Marsa, u t-tibdil ta' madwar tmien pontijiet li jaqsmu dan il-kanal. L-ispazju taħt dawn il-pontijiet se jiżdied billi jitneħħew l-istrutturi eżistenti ħalli b'hekk il-passa'' ta' l-ilma minn dawn il-kanali jimxi b'mod aħjar u b'riskju anqas ta' xi mblokk.
Hemm ukoll il-ħsieb li finalment jitkabbar il-pont li hemm qrib il-garaxx tal-Gvern fil-Marsa, biex b'hekk l-ilma, li jkun 'ej mill-inħawi ta' '?ad-Dingli u r-Rabat u minn Wied il-Kbir, jibqa' sejjer b'ħeffa lejn il-baħar.
Barra minhekk, qed isir studju dwar kif jistgħu jitnaddfu wkoll l-ilqugħ ta' l-ilma li hemm minn Wied il-Kbir 'il fuq, peress li l-aċċess għalihom hu ristrett ħafna. Peress li f'dan il-wied akkumula ħafna materjal u l-ilqugħ jinsabu fi stat ħażin, qed tikber il-problema ta' l-għargħar.
F'kelmtejn lill-'urnalisti, il-Ministru Zammit Dimech stqarr li għalkemm l-ammont ta' xita li tinżel fuq il-gżejjer Maltin hu wieħed baxx, kull meta tagħmel xi maltempata diversi lokalitajiet jispiċċaw mgħarrqa bl-ilma tax-xita, li kultant jispiċċa wkoll kontaminat b'ilma tad-drena''. Dan jikkawża ħsarat u joħoloq problemi u inkonvenjent għall-pubbliku.
Hu għalhekk, kompla l-Ministru Zammit Dimech, li kull amministrazzjoni trid tagħti attenzjoni speċjali lil din il-problema li kibret ferm f'dawn l-aħħar tletin sena bl-iżvilupp li sar ta' bini u kostruzzjoni ta' toroq, anki f'widien.
Il-Ministru għall-Ambjent żied li meta wieħed jara x-xogħol li sar u qed isir f'dan ir-rigward mill-iStormWater System Unit, bilfors ikollu jasal għall-konklużjoni li kuntrarju għall-istampa li ħafna drabi tingħata, hemm ħafna ħaddiema mal-Gvern li qed jaħdmu b'serjet'? u b'sodisfazzjon għalihom infushom.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li minbarra x-xogħol f'dawn l-inħawi, bħalissa qed issir ħidma simili fil-Wied ta' Birkirkara, u xogħlijiet oħra ta' tindif u manutenzjoni ta' culverts f'diversi lokalitajiet oħra, fosthom fil-Marsa, fl-Imrieħel, fir-Rabat u f'Wied il-Għajn. Barra minn hekk, f'San Ġiljan qed titħaffer mina taħt l-art biex permezz tagħha tkun riżolta l-problema tal-għargħar fi Triq Birkirkara u meta ssir it-tieni fażi tissolva wkoll il-problema fl-inħawi ta' taħt il-pont ta' Triq Re'jonali. Qed jittieħdu passi biex jitkompla l-pro'ett ta' l-Imsida. Semma li hemm lokalitajiet oħra li jridu jingħataw priorit'?, fosthom l-inħawi ta' Għajn Tuffieħa u l-inħawi ta' Burmarrad.
Hu semma wkoll li bħalissa l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, b'kollaborazzjoni mat-Taqsima tax-Xogħlijiet, qed taħdem fuq master plan dwar l-ilma tax-xita bl-iskop li tinħoloq strate'ija dwar kif għandu jkun kontrollat u amministrat bl-aħjar mod l-ilma kollu tax-xita. Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-ħidma li qed issir mit-Taqsima tax-Xogħlijiet biex tittaffa l-problema tal-għargħar torbot ma' dak li qed ikun propost f'dan il-master plan.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN