Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jinawgura sensiela ta' attivitajiet imnedija mill-Crafts Commission
"Fl-izvilupp ta' politika fejn is-settur tas-Self Employed u n-negozji zghar qieghed jinghata importanza, irridu naraw li dan is-settur jaghti sehmu fl-izvilupp ekonomiku ta' pajjizna. Min-naha tal-Gvern qieghed jinzamm kuntatt kontinwu, sahansitra ma' l-izghar inizjattiva tan-negozju, biex nindukrawh u nghinuh jikber". Dan qalu is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, Edwin Vassallo, waqt launching ta' sensiela ta' attivitajiet li se jniedu l-Crafts Commission fil-gimghat li gejjin.
"Ghal dan il-ghan qeghdin nghinu mill-qrib lil dawk kollha li ghandhom potenzjal u talent li jahdmu fil-qasam ta' l-Artiggjanat. Qeghdin naghrfu l-importanza ta' sehem din l-industrija u li ma nistghux ma naghtux kazha. Ghalhekk qed isir djalogu kontinwu bejn il-Gvern u dan is-settur ta' l-Artiggjanat li jwassal ghal aktar ko-operazzjoni bejn iz-zewg partijiet sabiex naraw l-Artiggjanat f'Malta jizviluppa f'industrija li kapaci tahdem tajjeb, tkun efficjenti u aktar produttiva. Dan ghandu jwassal biex ikollna prodotti ta' l-Artiggjanat genwini u ta' kwalit'? tajba", qal is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.
"Ix-xoghol ta' l-Artiggjanat hu xoghol ta' hila. M'huwiex sforz tal-kwantit'?, izda sforz ta' kwalit'? min-numru zghir ta' artisti li kapaci joffru prodott tajjeb ghall-bejgh. Din l-industrija qieghdha tiffaccja kemm diffikultajiet ezistent, kif ukoll sfidi godda. Il-Gvern hu impenjat biex jghin din l-industrija li filwaqt li jibqaghlha profitt xieraq, taghti wkoll sehemha fil-holqien tal-gid. Ghalhekk il-hsieb taghna llum hu li naghrfu l-importanza ta' din l-industrija u nahdmu biex izjed setturi jirrikonoxxu dan. Irridu naghtu attenzjoni specjalizzata lejn l-Artiggjanat. Dan se jsir billi l-Gvern, bil-korporazzjonijiet u l-entitajiet tieghu bhal ma huma l-I.P.S.E., il-M.E.T.C.O., l-MDC, id-Dipartiment ta' l-Industrija, kif ukoll il-Malta Trade Fairs Corporation se jkunu impenjati biex joffru l-assistenza mehtiega", kompla jghid is-Sur Edwin Vassallo
"Kien ghalhekk li bil-hidma tal-Kummissjoni ghall-Artiggjanat, kummissjoni li ghandha rwol konsultattiv, ghaqqadna diversi setturi li fihom involut il-Gvern u dawn ilkoll lesti biex joffru l-ghajnuna taghhom qal is-Segretarju Parlamentari l-Onor. Edwin Vassallo.
"L-isfida ta' din l-industrija hi li principalment tesporta, kemm indirettament billi tbiegh il-prodott lit-turist u anke, minkejja l-limitazzjonijiet u c-cokon taghha, ahna qeghdin nghidu lil dawk kollha nvoluti fl-Artiggjanat biex ikunu tajbin u kapaci li jidhlu fi swieq godda barra minn Malta" kompla jghid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.
"Dan kollu izda, jkun diskors bla sens jekk ma nharsux lejn is-sitwazzjoni attwali ta' dan is-settur u nirrispondu ghall-htigijet l-izjed bazici ta' din l-industrija. Il-Crafts Commission qieghdha tahdem bi thejjija ghall-introduzzjoni u twaqqif ta' Kunsill ghall-Artiggjanat. L-iskop primarju ta' din il-Kummissjoni ghandu jkun immirat l-aktar lejn il-promozzjoni, il-harsien u l-izvilupp ta' l-Artiggjanat f'pajjizna bhala sengha li toffri futur", tenna s-Sur Vassallo.
"Ghal dan il-ghan se jsir programm ta' hidma li jinkludi attivitajiet li juru l-importanza tas-sengha ta' l-industrija ta' l-Artiggjanat u tas-snajja' f'pajjizna waqt li jigbru flimkien bl-aktar mod wiesa' lil dawk kollha involuti f'din l-industrija tas-snajja'. Ghan iehor principali ghandu jkun li tingharaf l-importanza ta' l-edukazzjoni u t-tahrig li hu vitali ghall-kontinwazzjoni ta' din l-industrija, temm jghid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.
PROGRAMM TA' L-ATTIVITAJIET
Frar
17 - 21: "4 in 1 Fair" fil-Malta Trade Fair Corporation Grounds, in- Naxxar.
19 - 27: "Crafts Exhibition" fis-sala tal-Kunsill Lokali tal-Mosta.
27: Seminar dwar is-Snajja' fil-Kunsill Lokali tal-Mosta.
Marzu
Bidu ta' Marzu: Seminar u wirja dwar is-Snajja' li se jsir f'Ghawdex
2ta' Marzu: Laqgha fil-Metco dwar l-interess fl-esportazzjoni, mistiedna fosthom nies ta' l-Artiggjanat.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN