Left arrow Mur Lura

Kampanja ta' Informazzjoni dwar hlas ta' multi tat-traffiku imposti mill-Qrati

PR0106
Date Icon 29/01/1999

Is-Segretarju Parlamentari fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, Dr. Austin Gatt habbar li mill-15 ta' Frar li gej, se tigi fis-sehh ligi li kienet ghaddiet mill-Parlament fil-15 ta' Mejju 1995, li permezz taghha, dawk kollha li jkunu ghadhom ma hallsux multi tat-traffiku imposti mill-Qorti, mhux se tinhargilhom il-licenzja tat-triq tal-vettura taghhom.

Dr. Gatt qal dan dalghodu waqt konferenza ta' l-ahbarijiet, li matulha nieda kampanja ta' informazzjoni ghall-pubbliku organizzata mit-Taqsima tal-Gustizzja fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, li se tghin sabiex kullhadd jifhem kif se tigi fis-sehh din il-ligi.

"Ma jistax ikun li f'pajjizna tibqa' l-kultura li meta tinghata citazzjoni ghall-kontravenzjoni tat-traffiku, wiehed ma jaghtix kaz, u sahansitra anke wara li l-kaz ikun deciz mill-Qorti, din il-multa tibqa' ma tithallasx," kompla Dr. Gatt.

Huwa qal li hemm aktar minn miljun lira f'multi li ghadhom ma thallsux u li dan ma jirriflettix tajjeb fuqna bhala pajjiz.

Dr. Gatt spjega kif se tithaddem din is-sistema, li permezz taghha se jinzamm kontroll fuq dawk li jabbuzaw. "Li se jigri huwa li meta wiehed imur id-Dipartiment tal-Licenzji u l-Ittestjar biex ihallas il-licenzja tal-vettura tieghu, permezz ta' sistema kompjuterizzata li hija mqabbda mal-Qorti, se jidher mal-ewwel jekk din il-persuna jkollhiex multi mhux mhallsa - f'kaz bhal dan, il-licenzja tat-triq tal-vettura ma tinharigx, jekk ma tithallasx il-multa."

Dr. Gatt qal li biex tinghata ghajnuna lil pubbliku, se jkun hemm il-facilit'? li wiehed ihallas dawn il-multi dak il-hin stess - ghalkemm l-ahjar mod huwa dak li jithallsu minn qabel il-Qorti, il-Belt Valletta u Victoria, Ghawdex.

Ghal dan il-ghan twaqqaf servizz ta' Freephone bin-numru 0800-77-23-02, fejn wiehed se jkun jista' jcempel u meta jaghti ismu u n-numru tar-registrazzjoni tal-vettura, tinghatalu informazzjoni dwar jekk ghandux multi pendenti jew le. Permezz ta' dan is-servizz il-pubbliku se jinghata l-possibilit'? li jiffranka l-hin u l-inkonvenjent billi jhallas il-multi minn qabel fil-Qorti.

Il-kampanja ta' informazzjoni se tkun permezz tal-gazzetti, radjijiet u t-televizjoni fejn se jkun spjegat kif se tidhol fis-sehh din il-ligi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow