Il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd iwiegeb lill-Kelliem ta' l-Oppozizzjoni dwar il-laham tac-canga
Il-kelliem ta' l-Oppozizzjoni dwar il-Biedja u s-Sajd qieghed johrog stqarrija wara l-ohra dwar is-suggett tal-laham tac-canga li jistghu joholqu allarm bla bazi fis-settur agrikolu.
Huwa qieghed jallega li r-rahhala jinsabu allarmati ghaliex ghadu hadd ma tefa' offerta biex tinxtara c-canga. Donnu qieghed jaghzel li jinjora jew jinsa l-fatt li l-Ministeru ta' l-Agrikoltura dig'? assigura prezz garantit lir-rahhala. Permezz ta' din il-garanzija li ta l-Ministeru, ir-rahhala ghandhom mohhhom mistrieh.
Dan huwa kuntrast qawwi maz-zmien, li ukoll donnu qieghed jinsa l-Onorevoli Noel Farrugia, meta hu stess bhala Ministru tal-Biedja kien halla li jiddahhlu rati ta' l-ilma u d-dawl ghar-rahhala li kienu ser iwasslu li hafna minnhom kien ser ikollhom izarmaw. Bizzejjed wiehed ifakkar lill-Onor. Farrugia li kont ta' l-ilma ta' Lm90, kien ser jitla' ghal Lm2,700 – tletin darba iktar.
Donnu qed jaghzel ukoll li jinsa, jew ahjar inessi, kemm verament il-komunit'? agrikola kien iddispjaciha bl-agir tal-Ministru (ta' dak iz-zmien) Noel Farrugia, meta f'tentattiv biex jghatti l-fjask ta' l-esportazzjoni tal-hxejjex friski lejn l-Ingilterra, uza fondi li kienu dovuti lill-bdiewa, kif ukoll fondi minn vot iehor. Huwa proprju ghalhekk li l-Onor. Farrugia ghandu jifhem tajjeb li s-somma allokata fl-estimi ta' din is-sena ghall-iskema tac-canga, jigifieri Lm120,000, tista' u ser tigi facilment mizjuda b'allokazzjoni ta' fondi ohrajn skond in-necessit'?.
Hemm haga ohra li qieghed jipprova jnessi meta jaghmel stqarrijiet dwar it-tnehhija tal-levies fuq l-importazzjoni tal-Beef Burgers minhabba f'ri-klassifikazzjoni internazzjonali. Din hija li l-Prim Ministru ta' dakinhar, Dr Alfred Sant, kien ikkwotat fil-gazzetti f'April ta' l-1998, li stqarr li b'Zona ta' Kummerc Hieles, is-settur agrikolu kien ser jitnehhilu kull forma ta' protezzjoni. Ghalhekk meta wiehed iqis li l-Onor. Farrugia ma kienx oggezzjona ghal din il-pozizzjoni tal-mexxej tieghu, bilfors li jifhem li l-hafna hoss li qed jaghmel bhalissa dwar il-levies tal-beefburgers m'huma xejn hlief strumentalizzazzjoni politika ta' cirkostanzi internazzjonali. Dan japplika iktar partikolarment meta jitqies il-fatt li l-Gvern mill-ewwel ha hsieb biex ipprotega l-interessi tar-rahhala u qed jassigura l-prezz garantit ghac-canga li ntlaqtet minn dan it-tibdil.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN