Kostruzzjoni ta' Loading platform gdida ghall-esportazzjoni tal-patata
Il-Ministru tal-Agrikoltura u Sajd, il-Perit Ninu Zammit illum zar ic-centru ta' l-ghazla tal-patata f' Ta' Qali sabiex jara l-progress fix-xoghol ta' kostruzzjoni ta' Loading Platform ma' l-imhazen fejn il-patata ghall-esportazzjoni tigi maghzula.
Dan il-platform qed jinbena sabiex jiffacilita x-xoghol tat-tghabija tal-patata fil-containers jew road trailers. Waqt l-esportazzjoni tal-patata, madwar 250 refrigerated containers u madwar 25 road trailers jigu mghobbija minn dan ic-centru f'perjodu ta' madwar 6 gimghat.
Ghaldaqstant huwa ta' importanza li dan ic-centru jigi mghammar bil-facilitajiet kollha li hemm bzonn, sabiex it-tghabija tkun aktar organizzata u ma ssirx hsara lill-prodott waqt li jkun qed jitghabba. Fl-istess waqt ic-centru jkun jista' joffri aktar titjib fl-ghazla tal-patata ghall-esportazzjoni u l-bidwi jkun moqdi ahjar u fl-iqsar zmien possibbli. B'hekk ma jkunx hemm hela ta' zmien u l-patata tilhaq is-suq ta' barra kmieni bizzejjed biex iggib l-ahjar prezzijiet possibbli.
Ix-xoghol fuq dan ic-centru, li mistenni jiswa madwar Lm60,000, inbeda xi gimghatejn ilu. Dan ix-xoghol qed isir bi precizjoni tali li tahseb sabiex il-vetturi li jridu jghabbu jigu b'livell ezatt ma' dan il-platform. Huwa ppjanat li dan il-platform ikun lest u f'posizzjoni li jahdem ghall-ewwel esportazzjoni ta' patata bikrija li ser issir din is-sena.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN