Il-Ministru ghal Ghawdex tiehu sehem f'Laqgha Internazzjonali dwar it-trasport ta' gzejjer zghar
Il-Ministru ghal Ghawdex, l-Onor. Giovanna Debono, tinsab Rennes, fi Franza, fejn se tiehu sehem f'seminar internazzjonali li qed jigi organizzat mill-Konferenza tar-Regjuni Periferici u Marittimi ta' l-Ewropa b'koperazzjoni mal-Kunsill Regjonali tal-Bretanja, Franza.
It-tema ewlieni tas-seminar huwa it-‘Trans-European Transport Network' ta' l-Unjoni Ewropea u kif dan ghandu jghin l-izvilupp bilancjat ta' l-Ewropa.
F'dan is-seminar se jiehdu sehem ministri, presidenti ta' regjuni, ufficjali gholja tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Parlament Ewropew.
Is-seminar se jiddiskuti kif ghandhom jitnaqqsu l-effetti negattivi tal-periferalit'? permezz ta' politika strategika u intermodali fil-qasam tat-trasport trans-Ewropew. Il-kontribut tal-politika regjonali ta' l-Unjoni Ewropea ghat-titjib ta' l-accessibilit'? u l-kompetittivit'? tar-regjuni, l-izvilupp tal-portijiet u l-estensjoni tan-networks tat-trasport Ewropej ghal pajjizi terzi se jkunu wkoll diskussi u analizzati mis-seminar.
Il-partecipazzjoni tal-Ministru Debono f'dan is-seminar internazzjonali u importanti ghall-gzejjer Maltin saret possibbli bit-tigdid tas-shubija ta' Ghawdex fil-Konferenza tar-Regjuni Periferici u Marittimi ta' l-Ewropa.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN