Irrangar tal-prezzijiet tas-servizzi, prodotti manifatturati lokalment jew importati
‘Il-bidla mit-taxxa tas-C.E.T., bl-ispejjez mohbija li kienet izzid fuq in-negozju, ghas-sistema tal-V.A.T., bir-refunds li toffri, tfisser li l-prezz ta' kull servizz u prodotti manifatturati lokalment jew impurtati ghandu jorhos qabel ma tkun ikkalkulata fuqu l-V.A.T. Ghaldaqstant, kull persuna li tipprovdi servizz jew tbiegh prodott ghandha tikkalkula x'ser tgawdi bir-rohs ta' spejjez minhabba ir-refunds bi dritt u zieda fil-valur tal-Cash Flow. Dan jirrizulta f'inqas spejjez finanzjarji u f'aktar flus f'idejn in-negozjant. Ghaldaqstant il-prezz ghandu jorhos" qal is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici Edwin Vassallo, waqt laqgha li kellu dwar il-bidla mis-Sisa ghall-VAT.
F'laqghat li saru dwar l-introduzzjoni tal-V.A.T., is -Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo sahaq dwar il-htiega li meta jigi aggustat il-prezz tal-prodotti, servizzi u anke kuntratti, ghandha tittiehed in konsiderazzjoni li l-ispejjez kollha tan-negozju huma hielsa min kull dazju u bla sisa. Is-C.E.T. kienet taxxa mohbija li ttaqqal kull spiza tan-negozju. Ghalhekk l-ispejjez kollha, kemm diretti jew indiretti, kif ukoll spejjez kapitali tan-negozju, ghandhom jorhsu. Ghaldaqstant meta jkun qieghed jsir l-ezercizzju biex jigi irrangat il-prezz, grazzi ghar-Refunds li ser iwassal biex ikollna prodotti Duty Free fil-hwienet taghna, ghandu l-ewwel nett jigi mnaqqas il-prezz biex fih jinhass dan it-tnaqqis, u mbaghad tizdiedlu t-taxxa. Dan ghaliex id-dritt tar-refunds li jittiehdu lura minn negozjant huwa wiehed immedjat.
Ghaldaqstant, tenna is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo, "ghandu jkun hemm rohs fil-prezz li jirrifletti din is-sitwazzjoni. Ghalhekk mhuwiex accettabli li, fil-kalkoli tal-prezzijiet il-godda, wiehed sempliciment inaqqas il-5% C.E.T. u jzid il-15% V.A.T. Ma tistax tkun accettata zieda netta ta' ghaxra fil-mija minghajr diskussjoni u negozjar ta' xejn. L-ewwel haga ghandna nirrangaw il-prezz qabel inzidu l-V.A.T.
B'hekk kullhadd huwa mistenni li meta jirranga l-prezz tal-prodott jew servizz tieghu, irid l-ewwel jara kemm ikun iffranka mit-taxxa tas-CET, li titla' ghal spiza ta' 21% .ta' dak li jonfoq. Filwaqt li bil-V.A.T .it-taxxa ta' 15 % tittiehed lura immedjatament. B'dan ir-ragunar nistennew li l-ispiza ta' kull servizz jew prodott irid jorhos qabel ma jkun ikkalkulat il-V.A.T."
Ghal din il-ghan, kull Korporazzjoni, Kunsill Lokali, entita' tal-Gvern jew negozju li jaccetta zieda netta fil-prezz ta' 10% ma huwiex jirraguna tajjeb. Kulhadd huwa mitlub jikkonsidra kemm ser jiffranka llum il-gurnata bil-V.A.T. qabel ma johrog il-prezz fis-suq" temm jghid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN