Left arrow Mur Lura

Il-Ministru ghall-Ambjent lura minn zjara fic-Cina

PR0090
Date Icon 26/01/1999

Il-Ministru ghall-Ambjent, Francis Zammit Dimech, rega' lura Malta minn zjara fic-Cina fuq stedina tal-Gvern Ciniz. Hu kien akkumpanjat, fost l-ohrajn, mis-Sur Paul Mifsud, Segretarju Permanenti fil-Ministeru ghall-Ambjent, u mill-Perit Vince Cassar, Direttur Generali tat-Taqsima Xoghlijiet.

F'Beijing, il-Ministru Zammit Dimech kellu tahditiet mal-Ministru tal-Kostruzzjoni Yu Zhangshang, fejn iddiskutew il-possibbilt'? ta' aktar kooperazzjoni bejn iz-zewg pajjizi, inkluz il-bini ta' gnien iehor Ciniz f'Malta bl-ghajnuna tal-Gvern ta' dak il-pajjiz u, possibbilment, b'involviment privat. F'dawn it-tahditiet, il-Ministru Ciniz kien akkumpanjat minn Ye Ruteng, Vici Ministru fil-Ministeru tal-Kostruzzjoni, u Zhen Jianguo, Deputat Direttur Generali fil-Ministeru ghall-Affarijiet Barranin.

Il-progett tal-gnien kien diskuss ukoll ma' ufficjali tal-Landscape Architecture Corporation, fosthom il-General Manager Wang Ze Min. Waqt dawn id-diskussjonijiet, l-ufficjali tal-Korporazzjoni ipprezentaw disinji preliminari li juru kif jista' jsir dan il-gnien.

Id-delegazzjoni Maltija zaret diversi gonna Cinizi f'Suzhou, Shangai u Hangzhou, li huma simili ghal dak li qed ikun iddisinjat ghal Malta.

F'Hangzhou, il-Ministru Zammit Dimech kellu tahditiet ma' Lu Wen Ke, id-Deputat Gvernatur tal-Provincja ta' Zhe Yang, li ghandha popolazzjoni ta' 44 miljun.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow