Il-verita' wara dikjarazzjoni ta' l-Onor. Angelo Farrugia dwar il-Qrati
Is-Segretarju Parlamentari fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, Dr. Austin Gatt qal li jinsab sorpriz bid-dikjarazzjoni tal-Kelliem ta' l-Oppozizzjoni dwar il-gustizzja, Dr. Angelo Farrugia, fejn dan qal li l-Imhallef David Scicluna ma setax jisma' l-kawzi appuntati quddiemu, kemm nhar l-Erbgha u kif ukoll nhar il-Hamis, minhabba li l-avviz tal-hatra tieghu ma kienx ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern.
Dr.Gatt qal li kien jistenna hafna aktar serjet'? mill-Esponent Ewlieni tal-Partit ta' l-Oppozizzjoni f'dan il-qasam, u li qabel jaghmel dikjarazzjonijiet bhal dawn, l-aktar haga elementari kienet dik li jiccekja l-fatti.
Fil-fatt, il-hatra ta' l-Imhallef David Scicluna kienet ippubblikata fil-harga tal-Gazzetta tal-Gvern ta' nhar il-Gimgha, 4 ta' Dicembru 1998, Avviz Numru 902 (kopja mehmuza).
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN