Left arrow Go Back

Il-Ministru tal-Politika Socjali Lawrence Gonzi jzur xoghol fil-Fgura

PR0076
Date Icon 21/01/1999

Il-Ministru tal-Politika Soċjali, Dr. Lawrence Gonzi, illum wara nofs in-nhar żar ix-xogħol li qed isir fil-'nien pubbliku tal-Fgura. Meta tkellem mal-ħaddiema fuq il-post, il-Ministru Gonzi wera s-sodisfazzjon tiegħu għax-xogħol kollu li qed isir, filwaqt li rrimarka li huwa importanti li jinħolqu spazji li jservu sabiex in-nies tal-lokal jiltaqgħu aktar flimkien, filwaqt li jieħdu l-mistrieħ tagħhom.

Il-Ministeru tal-Politika Soċjali, permezz tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar, għaddej bix-xogħol ta' l-izviluppar tal-'nien pubbliku fi pjazza Patri Redent Gauci, 'ewwa l-Fgura. Dan ix-xogħol li hu smat li għandu jiswa qrib id-disgħin elf lira, qed isir wara li nkisbu l-permessi meħtie'a u inħar'et is-sejħa għall-offerti mit-Taqsima tax-Xogħlijiet. Il-kuntratt principali ngħata lid-ditta Schembri Barbros Ltd. għall valur ta' sebgħin elf lira. Dan il-'nien ser jinkludi multi purpose pitch, playing field, relaxation area u funtana. Ix-xogħol sar b'kollaborazzjoni sħiħa mal-Kunsill Lokali tal-Fgura. Fil-fatt, il-Kunsill qed jibni Club House f'dan l-istess 'nien bl-għajnuna tad-Dipartiment tal-Bini u t-Tiswija tad-Djar.

Il-Ministru Gonzi qal li dan il-'nien huwa wieħed minn diversi 'onna f'oqsma tad-Djar li qed isiru bhalissa mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar. Barra dan il-pro'ett jinsabu għaddejjin xogħlijiet simili fl-inhawi ta' Binja Vilhena, il-Furjana u fil-Housing Estate tal-Pieta'. Xogħlijiet oħra jinkludu 'onna pubblici fil-Gudja, u f''?al Għaxaq.

Il-Ministru Gonzi habbar li fix-xhur li 'ejjin, il-Ministeru bi ħsiebu jkompli jwettaq dan il-programm ta' xogħol biex ir-residenti f'oqsma ta' djar, mhux biss ikollhom post dicenti fejn joqgħodu, izda anki l-istess ambjent fejn jgħixu jkun wieħed sabiħ u li jixraq għaz-zminijiet tal-lum.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow