Jitwaqqaf Kumitat tekniku konsultattiv biex jifli d-Draft Electricity Supply regulations 1998
F'laqgha li saret fis-Segretarjat tal-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici fil-Belt, twaqqaf kumitat tekniku kunsultattiv ad hoc fi hdan il-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici biex jezamina d-draft ta' l-Electricity Supply Regulations 1998 u jressaq rakkomandazzjonijiet mill-partijiet kollha nvoluti fit-thaddim tas-sistema ta' l-elettriku f' Malta.
Il-laqgha giet organizzata fuq l-inizzjattiva tas-Segretarju Parlamentari, l-Onor. Edwin Vassallo, waqt li prezenti ghaliha kien hemm ufficjali gholja ta' l-Enemalta, membri tal-Kamra ta' l-Inginiera u membri ta' l-Assocjazzjoni tal-Kuntratturi ta' l-Elettriku, li lkoll qablu fuq il-htiega li jsiru d-diskussjonijiet kollha sabiex l-Electricity Supply Regulations jidhlu fis-sehh bil-qbil ta' kull min hu nvolut f'dan il-qasam.
Sar qbil li ghalkemm dan il-kumitat ha jkun limitat ghan-nies teknici, esperti fil-qasam ta' l-elettriku fil-pajjiz, il-konkluzzjonijiet ser ikunu ikkomunikati lill-Federazzjoni ta' l-Industrija u l-Assocjazzjoni ta' l-Impurtaturi ta' l-Apparat Elettriku u dawk kollha interessati fit-tahdidiet.
Ir-rakkomandazzjonijiet u l-oggezzjonijiet tal-Kamra u ta' l-Assocjazzjoni ghad-draft regulations gew ipprezentati ghall-konsiderazzjoni tal-Kumitat biex jigu studjati u finalment mghoddija lill-Enemalta ghall-implimentazzjoni fejn mehtieg.
Id-diskussjonijiet ser ikomplu fil-gimghat li gejjin.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN