Ftehim bejn l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma dwar Final Re-Instatement tat-toroq
Is-Segretarju Parlamentari fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, Dr. Austin Gatt, qal li l-iffirmar ta' Model Agreement mal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma hu l-ewwel pass fil-politika ta' devoluzzjoni ta' aktar poteri lill-Kunsilli Lokali, sabiex dawn ikunu f'qaghda dejjem ahjar li jwettqu hidmiethom b'mod effettiv. Huwa qal dan waqt cerimonja qasira li saret f'Kastilja, li matulha kien iffirmat ftehim bejn l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-Korporazzjoni tas-Servizzi ta' l-Ilma dwar il-final re-instatementtat-toroq.
Dr.Gatt sahaq li dan huwa mument mistenni mill-Kunsilli Lokali kollha, fejn il-Gvern, bil-fatti, qieghed juri l-importanza, il-prijorit'? u l-fiducja li qieghed jaghti lill-Kunsilli Lokali.
Il-Model Agreement kien iffirmat wara konsultazzjonijiet wiesgha li kienu mmexxija mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali fi hdan l-Ufficcju tal-Prim Ministru.
Dan il-ftehim sar biex isolvi problema principali li kienu qed jiltaqghu maghha l-Kunsilli Lokali. Permezz tieghu, il-Kunsilli Lokali sejrin jibdew jaghmlu huma stess, permezz tal-kuntratturi taghhom, re-instatementta'toroq u bankini maqlugha mill-Korporazjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma. L-ispejjez involuti se jkunu kkumpensati lill-Kunsilli mill-istess Korporazzjoni, fuq rati stabbiliti, waqt li l-Kunsilli Lokali jinghataw 5% tal-valur tax-xoghol maghmul bhala management fee.
Dan il-ftehim qieghed jissejjah Model Agreement ghaliex kull Kunsill irid jiddeciedi jekk jaddottahx jew le, ghalkemm il-Kunsilli Lokali qed ikunu mhegga biex jiffirmaw dan il-ftehim mal-Korporazzjoni biex dan it-tip ta' xoghol jibda jsir mill-Kunsilli Lokali stess kif mixtieq.
Irid jinghad ukoll li anke dan il-fatt huwa ‘first' ghaliex s'issa, id-devoluzzjoni li saret, dejjem saret favur il-Kunsilli Lokali kollha, filwaqt li f'dan il-kaz, qieghed jithalla f'idejn kull Kunsill biex jaghzel jekk jidholx jew le ghal dan il-ftehim.
Dr.Gatt qal li "dan hu ezempju car li dan il-Gvern juza r-rwol tieghu bhala wiehed li johloq opportunitajiet ghall-Kunsilli Lokali izda jhalli f'idejhom biex jiddeciedu. Hekk jitlob il-kuncett ta' Gvern Lokali."
Id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, flimkien ma' l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, se jorganizza zewg seminars, wiehed f'Malta u iehor f'Ghawdex, bil-ghan li jkunu spjegati fid-dettal il-kontenut, kif ukoll il-modalitajiet ta' dan il-ftehim. Ghal dan is-seminar se jkunu prezenti wkoll ufficjali gholja tal-Korporazzjoni, kif ukoll id-Direttur tat-Toroq fil-Ministeru ghat-Trasport u Komunikazzjoni.
Is-seminar f'Malta se jsir nhar il-Gimgha, 22 ta' Jannar 1999, fil-5.30 p.m., fl-Auditorium tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma, Hal Luqa. Filwaqt li dak f'Ghawdex se jsir nhar il-Gimgha, 29 ta' Jannar 1999, fis-1.00 p.m. fis-Sala Guz'? Micallef, Farm Sperimentali, Triq l-Imgarr, ix-Xewkija.
Il-Ftehim kien iffirmat mill-President ta' l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, Dr. Ian Micallef u mill-Kap Ezekuttiv tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma, is-Sur Antoine Riolo, fil-prezenza tas-Segretarju Parlamentari fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, Dr. Austin Gatt u c-Chairman tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma, il-Perit Michael Falzon.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN