Left arrow Mur Lura

Stqarrija mis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo: Il-V.A.T. toffri vantaggi lin-negozju

PR0048
Date Icon 14/01/1999

In-numru ta' dawk registrati mal-VAT li ghazlu li jidhlu fis-sistema ta' Refunds huwa prova li s-sistema tal-VAT toffri vantaggi lin-negozju li se jghinu biex in-negozju jkun hieles minn spejjez zejda li kienet imponiet it-taxxa tas-sisa. Dan minkejja li setghu baqghu barra mis-sistema ghaliex jaqghu taht it-threshold. Ghaldaqstant in-negozjant m'hux se jkollu spejjez zejda li jzommuh milli jikber, u b'hekk jghin biex johloq impjiegi godda, filwaqt li l-espansjoni fin-negozju u l-bejgh jirrendi dhul tajjeb ghall-Gvern.

Bit-thabbir ta' l-iskema dwar ir-refunds fuq l-istock li diga' jezizti fil-hwienet u fil-hazniet kummercjali, is-Segretarju Parlamentari jilqa' b'sodisfazzjon il-kummenti pozittivi li ghaddew negozjanti dwar decizjonijiet gusti li ha d-Dipartiment tal-VAT, taht id-direzzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi u b'konsultazzjoni mal-Korpi Kostitwiti. Dan se jkompli jghin biex il-ligi tal-VAT turi l-impenn tal-Gvern favur ligi ta' tassazzjoni indiretta li ghandha tghin fl-izvilupp tal-pajjiz u li fiha nfisha tohloq gustizzja ghaliex m' hijex se tkun ligi li tistagna n-negozju, izda li tghin biex ikompli jinholoq ix-xoghol. Gie nnutat b'sodisfazzjon ukoll il-kumment ta' dawk il-hafna negozjanti li ziedu fil-bejgh ghax aggustaw il-prezzijiet b'kemm suppost u rohsu l-prezzijiet ta' dawk il-prodotti impurtati u li qabel kienu jhallsu l-ETP u l-ETI.

Hija hasra li hawn xi ftit negozji li qeghdin japprofittaw ruhhom minn din is-sistema u qeghdin jghollu l-prezzijiet tal-prodotti li qeghdin jimpurtaw jew jimmanifatturaw.

L-akbar ghassiesa ghall-gustizzja fis-suq huma l-konsumaturi. Il-konsumatur huwa ir-regolatur ta' suq li kapaci jaghmel l-ahjar ghazliet dwar prezzijiet gusti u dawk ingusti. L-ebda konsumatur ma hu se jippremja lil min se jitolbu prezz li jidher li zdied ingustament.

Il-VAT hija ligi li taghmel gustizzja ukoll mal-konsumatur, b'mod specjali ghax taghtih id-dritt li jkun moghti l-ircevuta. L-ircevuta fiha nfisha mhux biss hija l-ghodda li biha rridu naslu biex niggieldu l-evazjoni tat-taxxa, izda hi l-unika prova ta' akkwist u taghti sahha statutorja lill-konsumatur, f'kaz li prodott ikun difettuz.

Ghalhekk inheggu lill-konsumatur biex jitlob l-ircevuta u biex kull min hu registrat mad-Dipartiment tal-VAT, kemm fil-bejgh tal-prodotti, kif ukoll fis-servizzi, biex jaghti l-ircevuta.

Il-VAT tahdem favurina kemm-il darba tkun uzata tajjeb, ghalhekk inheggu lil dawk kollha li jmissu mal-ligi tal-VAT biex jattendu ghal-laqghat organizzati fuq inizjattiva tas-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici u li ser jigu indirizzati mil-Ministru tal-Finanzi, l-Onor. John Dalli f'dawn id-dati:-

il-Gimgha, 15 ta' Jannar, 1999 fit-8p.m., fl-iskola Primarja tal-Gvern, il-Furjana;
il-Gimgha, 22 ta' Jannar, 1999 fit-8p.m., fl-iskola Sekondarja tal-Gvern, Haz-Zebbug;
il-Gimgha, 29 ta' Jannar, 1999 fit-8p.m., fis-Sala tal-Kunsill Lokali, il-Mosta.

Ser isiru ukoll sensiela ta' l-laqghat organizzati mid-Dipartiment tal-VAT kull nhar ta' Hadd f'lokalitajiet differenti u li dettalji dwarhom qed jidhru fil-media.

Izjed ma nifhmu is-sistema izjed nkunu kapaci nahdmu ahjar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow