Stqarrija mill-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma dwar ittri lil residenti biex jinstallaw earth electrodes
Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma waslulha ilmenti li xi kuntratturi privati li jwahhlu l-earth electrodes qed jibaghtu ittri lir-residenti biex jinfurmawhom li it-triq fejn joqghodu ser tinqala' u ghalhekk ser ikollhom bzonn jinstallaw l- earth electrode fi djarhom.
Il-konsumaturi huma mitluba li jiccekjaw mal-Customer Care tal-Korporazzjoni, billi jcemplu fuq il-Freephone 157 ghal informazzjoni dwar xoghlijiet li jkunu ser isiru fit-triq taghhom u jkun mehtieg li jinbidel is-servizz ta' l-ilma.
Il-Korporazzjoni mhix qed tawtorizza jew tqabbad kuntratturi privati biex jinstallaw earth electrodes kif qed jigi riklamat minn whud minn dawn il-kuntratturi. Kull konsumatur li jkollu bzonn dan is-servizz huwa fil-libert'? li jqabbad il-kuntrattur huwa stess. Ghaldaqstant, il-konsumaturi ghandhom jassikuraw li l-kuntrattur li jqabbdu jkun licenzjat u li dan jaghtihom certifikat u rcevuta tax-xoghol li jaghmlilhom, ghaliex finalment il-kuntrattur ghandu r-responsabbilit'? li jaghmel xoghol tajjeb u skond is-sengha.
Sadanittant, il-Korporazzjoni dejjem tirrikmanda li l-konsumaturi jinstallaw l- earth electrode minflok l-earth wire imqabbad mill-kanna ta' l-ilma sabiex b'hekk jassikuraw li jkollhom is-sistema l-gdida ta' l-earth fid-djar.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN