Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma dwar ittri lil residenti biex jinstallaw earth electrodes

PR0047
Date Icon 14/01/1999

Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma waslulha ilmenti li xi kuntratturi privati li jwahhlu l-earth electrodes qed jibaghtu ittri lir-residenti biex jinfurmawhom li it-triq fejn joqghodu ser tinqala' u ghalhekk ser ikollhom bzonn jinstallaw l- earth electrode fi djarhom.

Il-konsumaturi huma mitluba li jiccekjaw mal-Customer Care tal-Korporazzjoni, billi jcemplu fuq il-Freephone 157 ghal informazzjoni dwar xoghlijiet li jkunu ser isiru fit-triq taghhom u jkun mehtieg li jinbidel is-servizz ta' l-ilma.

Il-Korporazzjoni mhix qed tawtorizza jew tqabbad kuntratturi privati biex jinstallaw earth electrodes kif qed jigi riklamat minn whud minn dawn il-kuntratturi. Kull konsumatur li jkollu bzonn dan is-servizz huwa fil-libert'? li jqabbad il-kuntrattur huwa stess. Ghaldaqstant, il-konsumaturi ghandhom jassikuraw li l-kuntrattur li jqabbdu jkun licenzjat u li dan jaghtihom certifikat u rcevuta tax-xoghol li jaghmlilhom, ghaliex finalment il-kuntrattur ghandu r-responsabbilit'? li jaghmel xoghol tajjeb u skond is-sengha.

Sadanittant, il-Korporazzjoni dejjem tirrikmanda li l-konsumaturi jinstallaw l- earth electrode minflok l-earth wire imqabbad mill-kanna ta' l-ilma sabiex b'hekk jassikuraw li jkollhom is-sistema l-gdida ta' l-earth fid-djar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow