Left arrow Mur Lura

Hidma attiva tal-Gvern favur il-qasam ta' l-Akkomodazzjoni Socjali

PR0046
Date Icon 14/01/1999

Il-Ministru tal-Politika Soċjali, Dr. Lawrence Gonzi, dalgħodu nieda zewg skemi ohra ta' l-Awtorit'? tad-Djar intiżi sabiex aktar nies isiru sidien ta' djarhom. F'konferenza ta' l-aħbarijiet fil-preżenza ta' uffiċjali għolja mill-Awtorit'? tad-Djar u mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, il-Ministru Gonzi tenna li dan huwa pass ieħor importanti fil-politika tal-Gvern li jqis il-problema ta' l-akkomodazzjoni soċjali bħala parti ewlenija mill-politika tiegħu. Huwa ħabbar li sabiex il-Ministeru ikun iżjed qrib ta' din il-problema 'ew inkarigati uffiċjali fil-Ministeru li x-xogħol tagħhom huwa li jisimgħu l-ilmenti tal-pubbliku u ja'ixxu immedjatament fejn jinħass li hemm il-ħtie'a.

Iż-żew' skemi imnedija illum huma:

- Skema 'dida biex tħajjar beneficcjarji biex jifdu ċ-ċens fuq art li sal-lum il-Gvern għad ma għandux titlu legali.

- Amenda ta' skema eżistenti li tħajjar in-nies isiru sidien ta' darhom.

Skema Q

Dwar l-ewwel skema, Dr. Gonzi qal li sa mill-1979 'l hawn l-Awtorit'? tad-Djar allokat 1612 il-plot f'diversi lokalitajiet f'Malta u Għawdex taħt skemi differenti tal-Home Ownership. Fuq dawn il-plots l-Awtorit'? sal-lum għad m'għandiex titolu legali. Dawn għadhom fuq konvenju li ċ-ċens tagħhom kien għadu ma jistax jinfeda.

Permezz ta' din l-iskema, issa huwa possibbli li dan iċ-ċens ji'i mifdi. Dr. Gonzi qal, li min jifdi ċ-ċens taħt din l-iskema jkun jista' jgawdi mill-kundizzjonijet relattivi ta' l-iskema ori'inali u ma jkunx żvanta''jat meta kkomparat ma' oħrajn li setgħu jifdu ċ-ċens sa mill-bidu ta' l-iskema.

Skema I

It-tieni skema hija ntiża biex tħajjar individwi jew familji li għandhom residenza mikrija mingħand il-Gvern sabiex isiru sidien ta' darhom. Dr. Gonzi qal li taħt din l-iskema dig'? saru 623 kuntratt. Fl-istess ħin 'ew miċhuda 190 talba oħra għax l-art li fuqha hemm mibnija din ir-residenza għada f'kors ta' akkwist.

Permezz ta' tibdil f'din l-iskema, issa ser ikunu jistgħu ji'u milqugħa dawn it-talbiet billi l-prezz sussidjat ta' l-akkwist isir fuq att ta' konvenju. Minn naħa tagħha l-Awtorit'? se tobbliga ruħha li tidher fuq l-att finali ta' trasferiment fi żmien sitt xhur minn meta takkwista t-titolu legali ta' l-art li fuqha hemm mibnija r-residenza. Fl-istess ħin se tkun tista' tieqaf titħallas il-kera fuq il-fond ta' l-akkwist.

Il-Ministru tal-Politika Soċjali qal li l-Awtorit'? qed tieħu dawn il-provvedimenti ħalli ji'u mnaqqsa l-izvanta''i prezenti sakemm id-Dipartiment ta' l-Artijiet jakkwista it-titolu legali fuq dawn l-artijiet mingħand is-sidien tagħhom. Fl-istess waqt l-Awtorit'? ser tkompli tinsisti mad-Dipartiment ta' l-Artijiet biex jikkonkludi mas-sidien ta' l-art li fuqha hemm mibnija dawn ir-residenzi ħalli l-Awtorit'? takkwista t-titolu fuq l-art u tkun tista' tiffirma il-kuntratt ta' trasferiment mal-benefiċjarji ta' l-iskema. Biex dan isir l-Awtorit'? tad-Djar qed tivvota fl-estimi tagħha s-somma ta' nofs miljun lira kull sena għall-iskop li s-sidien ta' l-art jitħallsu.

Il-Ministru qal li fi ftit tal-jiem oħra, l-Awtorit'? se tibgħat bil-posta, lill-dawk kollha li jaqgħu taħt dawn iż-żew' skemi, formola ta' l-applikazzjoni flimkien ma' kopja tal-kundizzjonijiet ta' l-iskema. L-Awtorit'? se tinforma wkoll lill-dawk li di''? kienu applikaw u li ma setgħux jibbenefikaw sabiex tara jekk għadhomx interessati li jkomplu bil-proċess ta' l-akkwist tar-residenza tagħhom.

Aktar informazzjoni dwar dawn iż-żew' skemi tista' tinkiseb mill-‘Customer Care Unit', ta' l-Awtorita tad-Djar, fil-Furjana, minn nhar it-Tnejn, 18 ta' Jannar 1999, waqt il-ħinijiet normali ta' l-uffċċju.

Politika 'dida dwar bejgħ ta' postijiet rekwiżizzjonati

Fl-istess konferenza ta' l-aħbarijiet, il-Ministru Lawrence Gonzi għarraf li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali se jibda jħaddem procedura 'dida dwar postijiet rekwiżizzjonati fejn ikun ħare' permess biex jinbiegħu. Il-Ministru qal li f'dawk il-kazi fejn ix-xerrej ikun ser jibbenefika minn xi skema ta' sussidju fuq ix-xiri ta' art rekwizizzjonata, il-Gvern ser ineħħi dik ir-rekwiżizzjoni mal-kuntratt tax-xiri. Fil-każijiet l-ohra kollha, ir-rekwiżizzjoni ser titneħħa wara li x-xerrej imur joqgħod fil-post mixtri u jagħmlu r-residenza ordinarja tiegħu.

Il-Ministru Gonzi kkonkluda billi qal li dawn il-mizuri 'odda huma xhieda tal-impenn sod li l-Gvern qed jagħmel sabiex itaffi l-piżijiet fil-qasam ta' l-akkomodazzjoni soċjali u jkompli jgħin biex jaċċerta li l-politika tiegħu tkun waħda li taqdi s-setturi kollha tas-socjet'? Maltija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow