Inawgurazzjoni ta' programm ta' Seminars ghall-istudenti fl-iskejjel sekondarji
Dalghodu gie inawgurat programm ta' seminars ghall-istudenti tar-Raba Klassi ta' l-iSkejjel Sekondarji.
- Dawn is-seminars kienu ilhom isiru sa mill-1989 u twaqqfu fl-ahhar tas-sena skolastika mill-amministrazzjoni precedenti, ghax il-post fejn kienu jsiru (Martin Luther King Hall, St. Andrews) kien beda jintuza ghall-iskopijiet ohra u ma sarux pjanijiet fejn dawn is-seminarssetghu jsiru. Il-Ministru Louis Galea, ftit wara li ha l-hatra, hareg istruzzjonijiet halli jinstab post alternatitiv biex ikunu jistghu jerghu jibdew isiru dawn is-seminars. Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni dahal fi ftehim mal-Patrijiet Frangiskani biex dawn is-seminars isiru f'Porziuncola House, Bahar ic-Caghaq.
- L-iskop ewlieni ta' dawn is-seminars huwa li matul dawn it-tlett ijiem
l-istudenti tar-Raba' Klassi jiddiskutu suggetti bhal:
(a) valuri
(b) relazzjonijiet
(c) sesswalita`
(d) vizzji (addictions) per ezempju droga, tabakk, alkohol
u jigi enfazizzat l-apprezzament tal-persuna.
Dawn is-seminars huma parti mill-hidma li trid issir biex jitwettaq l-impenn tal-Gvern kif imfissra fil-Programm Elettorali:
"Jissahu bil-kbir l-istrutturi li jahsbu ghall-assistenza lill-istudenti u l-familji taghhom bil-problemi socjali, emozzjonali, psikici u ta' mgieba li jiffaccjaw. Naraw ukoll li l-istudenti jkollhom servizzi effettivi ta' counselling u gwidar u skemi ta' prevenzjoni biex nindunaw kmieni kemm jista` jkun bil-periklu u l-
hsara li wliedna jkunu qed jiffaccjaw. Ghal dan l-iskop tintiseg xibka ta' koperazzjoni mad-Dipartimenti u Agenziji koncernati kif ukoll ma' l-ghaqdiet volontarji li jahdmu f'dan il-qasam".
F'dan il-kuntest, il-Ministru ta' l-Edukazzjoni qed ihejji zewg policies importanti:
Drugs Policy u Child Abuse Policy
li ghandhom jghinu hafna
- fil-prevenzjoni mill-iskejjel ta' dawn iz-zewg problemi
- li jaghtu linji gwida kif l-iskejjel jagixxu meta jinqalghu dawn il-kazijiet.
Qeghdin isiru konsultazzjonijiet ma' agenziji u dipartimenti ohra li ghandhom xi kontribuzzjonijiet f'dawn il-policies bhala bniedem shih.
Is-seminar hu msejjah INT (Irrid Naghzel Tajjeb) biex jenfasizza fost l-istudenti l-principju li s-success fil-hajja jiddependi hafna mill-ghazliet li jaghmlu. Ghazliet tajba jffisru success, waqt li ghazliet hziena jissarfu f'dizastru. Is-seminar irid iwassal lill-istudenti li huma stess jgharfu u jaghmlu l-ghazliet it-tajba.
Matul is-sena skolastika jattendu madwar 5000 student mir-Raba' Klassi ta' l-iSkejjel Sekondarji.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN