Left arrow Mur Lura

Laqghat tal-Vici Prim Ministru f'Bonn

PR0037
Date Icon 12/01/1999

Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, il-Prof. Guido de Marco, illum f'Bonn kellu laqgha ma' Gunter Verheugen, Ministru ta' l-Affarijiet Ewropej tal-Germanja. F'din il-laqgha z-zewg Ministri ddiskutew kemm ir-relazzjonijiet bilaterali kif ukoll dawk internazzjonali partikolarment dwar il-process tar-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta ghas-shubija fl-Unjoni Ewropea.

Il-Ministru Germaniz emfasizza l-importanza tat-tkabbir ta' l-Unjoni kemm ghal pajjizu kif ukoll ghall-Ewropa. Il-Ministru Germaniz jahseb li Malta ghandha tkun fl-ewwel tkabbir. Hu assigura lill-Ministru de Marco li galadarba r-rapport fuq Malta jigi approvat mill-Kunsill tal-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin, hu ser jahdem biex jara li t-talba ta' Malta ghar-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni taghha titressaq quddiem il-Kunsill Ewropew minghajr dewmien.

Il-Vici Prim Ministru stieden lil-Ministru Verheugen biex jaghmel zjara ufficjali f'Malta.

Il-Vici Prim Ministru kellu zewg laqghat ohra, wahda ma' Dr. Friedbert Pfluger President tal-Kumitat tal-Parlament dwar l-Affarijiet ta' l-Unjoni Ewropea u laqgha ohra ma' Mr. Hans-Ulrich Klose, President tal-Kumitat tal-Parlament dwar l-Affarijiet Barranin.

Ma' Dr. Pfluger, il-Vici Prim Ministru ddiskuta l-process ta' l-applikazzjoni ta' Malta kif ukoll il-possibilta tal-partecipazzjoni ta' Malta fil-fiera ta' Hanover fis-sena 2000.

Ma Mr. Klose, il-Ministru de Marco ddiskuta aspetti tal-politika internazzjonali u b'mod partikolari l-politika Mediterranea.

F'inkontru li kellu ma' Mr. Hans-Henning Horstmann, li jmexxi d-Dipartiment Politiku fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, il-Ministru de Marco u d-delegazzjoni tieghu, gew diskussi fost affarijiet ohra, il-laqgha tal-Mediterranean Forum li ser issir f'Malta f'Marzu li gej kif ukoll il-laqgha tal-Ministri ta' l-Affarijiet Barrranin tal-pajjizi tal-EuroMed li ser issir fi Stuttgart f'April.

Aktar tard matul il-gurnata, l-Vici Prim Ministru kellu vizita ta' kortesija minghand l-Ambaxxatur Taljan ghall-Germanja, Dr. Enzo Perlot.

Fil-laqghat li kellu l-Vici Prim Ministru kien hemm prezenti s-Sur Charles Aquilina l-Ambaxxatur ta' Malta fil-Germanja, is-Sur Saviour Falzon, Kap tad-Direttorat ta' l-Unjoni Ewropea fil-Ministeru, u s-Sur Joseph Tonna, Segretarju.

Il-Vici Prim Ministru u d-delegazzjoni tieghu mistennija lura Malta matul dan il-lejl.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow