Id-Dipartiment tas-Sahha iwiegeb dwar is-sitwazzjoni attwali fis-swali tal-medicina fl-Isptar San Luqa
Id-Dipartiment tas-Sahha jirreferi ghall-istqarrija tal-M.U.M.N. dwar is-sitwazzjoni fis-swali tal-medicina fl-Isptar San Luqa.
Sa mis-26 ta' Dicembru 1998‚ id-Dipartiment tas-Sahha flimkien ma' l-awtoritajiet ta' l-Isptar San Luqa‚ ha dawn l-azzjonijiet:
- monitoring u feedback kontinwu lill-konsulenti, lit-tobba u lin-Nurse Management dwar il-pazjenti rikoverati fid-diversi swali tal-medicina.
- enfasi akbar fuq discharge policies biex pazjenti ma jinzammux fl-Isptar San Luqa ghal tul aktar milli hemm bzonn
- support ta' specjalisti fid-Dipartiment ta' l-Emergenza biex pazjenti ma jiddahhlux fl-Isptar San Luqa bla htiega
- appelli lill-pubbliku biex juza s-servizzi medici bil-ghaqal
- infermiera u n-nursing aides gew offruti sahra biex jittaffa kemm jista' jkun il-piz ta' numru akbar ta' pazjenti fil-ward. Dan sar minghajr ma gie mwaqqaf il-vacation leave ta' l-impjegati.
- support akbar mis-servizzi tas-sigurta biex l-istaff fis-swali jkun jista' jaghmel xoghlu ahjar.
Minkejja dawn il-mizuri jidher illi l-mewga ta' infezzjonijiet fis-sistema respiratorju ghadha ghaddejja u ghalhekk il-pressjoni fuq is-servizzi medici ghadha prattikament l-istess bhalma kienet tul dawn l-ahhar gimghatejn. Fid-Dipartiment tal-Medicina fl-ahhar gimghatejn gew rikoverati u kkurati 'il fuq minn 1,000 pazjent. Dan jirrapprezenta 5% tal-workload totali ta' sena shiha jew 25% zieda fuq il-workload medju tad-Dipartiment tal-Medicina. Fl-istess waqt numru ta' staff mediku, infermiera u paramedici, kienu huma wkoll morda minhabba mard fis-sistema respiratorju.
Minkejja dan kollu d-Dipartiment jerga' jtenni illi huwa sodisfatt li bil-kollaborazzjoni shiha u bix-xoghol professjonali ta' l-impjegati kollha tieghu, qed ikompli jaghti kura ta' standard gholi. Id-Dipartiment dejjem qal il-fatti kif verament kienu u l-fatti juru li rigward mard fis-sistema respiratorju, staff, u volum ta' xoghol, ninsabu fuq l-istess livell ta' snin l-imghoddija.
Mal-Ministeru tal-Politika Socjali, d-Dipartiment qed jahdem fuq soluzzjonijiet short term u long term.
Id-Dipartiment jixtieq aktar flessibbilita' interna fejn staff li jkun allokat fis-swali jew dipartiment fejn hemm workload baxx jiccaqalqu temporarjament biex jghinu lil shabhom ilahhqu ma' pressjoni akbar ta' xoghol fis-swali/dipartimenti ohra. Ikun tajjeb li kieku dan jista' jsir minghajr oggezzjonijiet mill-istaff jew rapprezentanti taghhom.
Ghal darba ohra qed jigi nnotat li xi qraba qed jirrifjutaw li jiehdu anzjani lura d-dar. Dan minkejja li l-anzjan ikollu daru u bi ftit support minn ta' madwaru jkun jista' jibqa' jghix fis-socjeta'.
Id-Dipartiment diga' beda tahditiet biex jissahhu s-servizzi tal-Kura Primarja. B'support adekwat numru ta' pazjenti li sa llum jintbaghtu fl-Isptar San Luqa jistghu jigu offruti servizzi gewwa darhom stess jew fic-Centri tas-Sahha qrib taghhom.
Tul is-snin ittiehdu hafna mizuri specifici biex jghinu lill-infermiera jiffokaw aktar fuq il-kura tal-morda. Dan jinkludu:
- impieg ta' ward clerks ghal xoghol klerikali
- impieg u tahrig ta' numru kbir ta' nursing aides sabiex certu xoghlijiet fil-wards ma jibqghux taht ir-responsabbilta' diretta ta' l-infermiera, (e.g. friex ta' sodod, hasil ta' morda, qadi, tqassim ta' ikel, ecc.)
- sistemi kompjuterizzati biex jingabru files u X-rays, u fil-futur qarib sistemi elettronici ghall-admissions, discharges u transfers ta' pazjent kif ukoll ghall-ordnijiet u rizultati ta' testijiet medici.
Hafna mill-mizuri mehuda jew ippjanati huma frott il-hidma ta' l-amministrazzjoni u l-management ta' l-Isptar San Luqa, li hadmu id f'id ma' ufficjali tad-Dipartiment. Ghalhekk id-Dipartiment jistenna bil-herqa biex jifhem ahjar x'inhuma s-suggerimenti prattici tal-MUMN ghal soluzzjoni fit-tul. Huwa ttamat li dawn jigu ccarati f'laqgha bejn id-Dipartiment u l-MUMN li ser issir nhar il-Hamis, 14 ta' Jannar, 1999.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN