Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Ministeru tas-Sahha dwar l-introduzzjoni tal-breast screening f'Malta

PR0021
Date Icon 09/01/1999

Il-Ministru tas-Sahha Louis Deguara hatar kumitat bil-ghan li jirrakkomanda z-zmien opportun ghall-introduzzjoni tal-breast screening f'Malta. Dan thabbar mill-Ministru tas-Sahha waqt intervista fuq stazzjon tar-radju privat.

L-Advisory National Breast Screening Committee minbarra li jinkludi fih diretturi u impjegati tad-dipartiment tas-Sahha, fih ukoll membri minn oqsma differenti tas-socjeta'.

Minbarra li jirrakkomanda z-zmien meta ghandu jibda l-iscreening, il-kumitat nominat mill-Ministru tas-Sahha, ghandu jaghti parir dwar it-target groups li ser jigu skrinjati u wkoll ifassal pjan strategiku kif ir-rakkomandazzjonijiet li jipprezenta ghandhom ikunu implimentati.

Id-Direttur tal-Policy and Planning tad-Dipartiment tas-Sahha, it-Tabib Ray Xerri nhatar bhala Chairman ta' dan il-kumitat filwaqt li l-hdax-il membru l-ohra jinkludu lid-Direttur tad-Dipartiment tar-Radjologija, it-Tabib Malcolm Crockford, ic-Chairman ta' l-Onkologija it-Tabib Stephen Brincat, il-Konsulent Charles Swain, id-Direttur tad-Dipartiment tal-Patologija, it-Tabib Joe Deguara, ic-Chairperson tal-Kumitat Permanenti tal-Kamra ghall-Affarijet Socjali Helen D'Amato, id-deputat Laburista Helena Dalli, rapprezentanta minn organizzazzjoni mhux governattiva li thares l-interess tan-nisa morda bil-kancer tas-sider, is-sinjura Helen Muscat, is-Sinjura Claudia Taylor East mill-Moviment Hospice, il-gurnalista Vanessa Mc Donald u c-Chairperson tal-Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara. Is-Segretarja tal-kumitat nominat mill-Ministru Deguara hija s-Sinjura Roseanne Camilleri mid-Dipartiment tal-Policy and Planning.

Filwaqt li l-membri li kienu avvicinati accettaw in-nomina, id-deputat Laburista Helena Dalli ghad trid taghti l-konferma taghha u dan minkejja li ghaddew gimghatejn minn meta kienet avvicinata. Louis Deguara qal li kien jistenna li r-risposta tinghata fi zmien iqsar minhabba li kemm l-istess deputat kif ukoll il-Partit Laburista kemm-il darba qalu li huma favur li jkun hemm l-introduzzjoni ta' dan is-servizz.

Louis Deguara tenna li l-hatra ta' membru parlamentari min-naha ta' l-oppozizzjoni saret biex dak kollu li jirrikjedi pjan fit-tul ikun hemm qbil fuqu miz-zewg nahat tal-kamra u ghalhekk dawn il-proposti u l-implimentazzjoni taghhom ma jkunux politicizzati u lanqas jinbidlu kull darba li jkun hemm bidla fl-amministrazzjoni.

Il-Ministru Deguara qal li l-hatra ta' dan il-kumitat tkompli tikkonferma l-impenn tal-gvern fil-qasam tal-kancer tas-sider u dan minkejja l-qlajjiet li inghadu. Louis Deguara tenna li kull hajja hija importanti u ghalhekk anke jekk dan is-servizz isalva hajja wahda fis-sena, il-gvern xorta wahda huwa impenjat li jintroducih fl-iqsar zmien possibbli basta jsir b'mod serju, programmat u sostenibbli.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow