Studenti Ghawdxin f'Programm ta' Skambju fil-Belgju
Fuq inizjattiva tal-Ministeru ghal Ghawdex, tlett zghazagh impjegati fl-industrija tal-catering, ser imorru il-Belgju, fejn ser jghaddu sitt gimghat ta' tahrig u studju f'din l-industrija. It-tlett studenti ser ihallu Malta nhar il-Hadd li gej u ser jghaddu dan iz-zmien ta' tahrig fl-"Istitut Elishout Avondschool Coovi" u ser ikunu alloggjati f'hotels 4 star.
Dan l-Exchange Programme beda jsehh xi snin ilu wara ftehim bejn il-Ministeru ghal Ghawdex u l-amministrazzjoni ta' dan l-Istitut. B'rizultat ta' dan, kull sena, mhux anqas minn tlett studenti, imorru l-Belgju u tlett studenti mill-Istitut Belgjan jigu Ghawdex jaghmlu tahrig f'xi wahda mill-lukandi ta' Ghawdex. Dan il-programm qed jaghti cans li studenti Ghawdxin jwessghu l-vizjoni taghhom ta' esperjenza f'din l-industrija, barra li jaghmlu konoxxenzi ma' nies ohra u jipprattikaw metodi ohra godda, filwaqt li jtejbu t-teknika taghhom fix-xoghol u jwasslu l-image ta' pajjizna.
It-tlett studenti kellhom laqgha ma' l-Onor. Ministru ghal Ghawdex, is-Sinjura Giovanna Debono. Matul din il-laqgha, il Ministru awguratilhom zjara pjacevoli u rrakkomandatilhom attenzjoni u serjeta' biex zgur jiksbu l-gid u r-rizultati mixtieqa, li ghalihom sar dan l-Exchange Programme. Hi heggithom biex bl-attenzjoni u l-imgieba taghhom ikunu ambaxxaturi denji ta' pajjizhom. Din iz-zjara, barra li tkun ta' gwadann ghalihom personali, isservi ta' reklam tajjeb ghal pajjizna. Ufficcjali fl-Ufficcju tat-Turizmu ghal Ghawdex kienu wkoll prezenti ghal din il-laqgha.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN