Left arrow Mur Lura

Id-Dipartimenti li jaqghu taht ir-responsabilita' tal-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici janalizzaw is-sitwazzjoni biex kull caqlieq mis-sistema C.E.T. ghal V.A.T. ikun mistharreg

PR0007
Date Icon 06/01/1999

"Id-Dipartimenti kollha li jaqghu taht il-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici qeghdin jiflu kull caqlieqa li tista' issir fis-suq biex ikunu f'pozizzjoni li jaghtu id-direzzjoni mehtiega." Dan qalu is-Segretarju Parlamentari, l'Onor. Edwin Vassallo fi stqarrija ghall Istampa.

Id-Dipartiment ta' l-Affarijiet tal-Konsumatur permezz tal-‘Free Phone' 120 qieghed jaghmel analizi tat-telefonati li l-konsumaturi jaghmlu lid-Dipartiment u wara jghaddu l-informazzjoni lill-Ministeru.

Id-Dipartiment ta' l-Istatistika, ta' l-Industrija, tal-Kompetizzjoni Gusta u tal-Kummerc kollha qeghdin f'ezercizzju li jigbru l-informazzjoni mis-suq biex jaraw li kwalunkwe caqlieq fil-prezzijiet li jsir ikun gust.

Id-Diretturi ta' dawn id-Dipartimenti iddiskutew din il-hidma mas-Segretarju Parlamentari l-Onor Edwin Vassallo f'laqgha li saret fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici.

L-Onor Edwin Vassallo qal ukoll li "rridu nkunu impenjati biex bhala Dipartiment naraw li nghinu biex in-negozju jiehu l-hajja. Il-VAT ghandha tkun incentiv u imbuttatura ghan-negozju biex dawn ikollhom l-prodotti fil-hwienet taghhom "duty free". Mhux tassew li il-VAT hija spiza fuq in-negozju izda din fiha infisha isservi biex tghin lin-negozjant jiehu aktar valur ta' flusu."

"Il-VAT hija taxxa ta' 15% ghall-kuntrarju tas-CET li kienet tammonta ghal 21%, u flimkien mar-refunds se naraw li fis-suq se jibqa' aktar flus fl-idejn."

F'kull kalkolu tal-prezz ghandu jittiehed inkonsiderazzjoni n-nuqqas ta' spejjez u l-kumplikazzjonijiet li kienet tohloq ic-CET u li issa spiccaw u ghalhekk bl-ebda mod ma ghandha ssir zieda fil-prezzijiet li ma jkunux gustifikati. Mhux talli l-istock kollu fil-hwienet huwa ‘Duty Free' izda anke spejjez kapitali u dawk rikorrenti ser ikunu ezenti minn kwalunkwe forma ta' dazju.

Il-kompetizzjoni fis-Suq ser isservi ta' kontroll fuq min jabbuza fil-prezz. Prodotti li ghandhom 15% VAT minnflok 21% CET ghandhom jaraw caqlieq l-isfel fil-prezzijiet li jirrifletti dan it-tnaqqis, filwaqt li l-prezzijiet tas-servizzi ghandhom jibqghu kwazi l-istess.

Issa li dahlet il-VAT qed nistennew zjieda fl-infieq kapitali tan-negozji u zjieda wkoll fil-bejgh fuq livell generali. In-negozju huwa mistenni li jkompli jitjieb u b'hekk jinholoq aktar xoghol. In-nuqqas ta' kumplikazzjoni fis-sistema tal-VAT u t-tmiem darba ghal dejjem ta' l-incertezza li hakmet is-suq fl-ahhar sentejn ghandhom ikunu fatturi li jikkontribwixxu ghal dan il-ghan.

In-negozjant qed juri l-apprezzament tieghu favur din il-bidla li kienet meqjusa bhala pass ‘l quddiem biex f'pajjizna jerga' jkollna n-negozju li nixtiequ. Il-V.A.T. dahlet b'mod trankwill u l-ewwel gimgha ta' Jannar kienet gimgha ta' bejgh normali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow