Id-Dipartiment tas-Sahha jirriassikura lill-pubblika li s-servizzi tas-sahha huma adegwati ghac-cirkostanzi prezenti
B'riferenza ghall-istqarrija ghall-istampa mahruga mill-Medical Association of Malta, illum, 6 ta' Jannar 1999, id-Dipartiment tas-Sahha jserrah ras il-pubbliku dwar il-kwalit'? ta' kura li qed tinghata fl-Isptar San Luqa u fic-Centri tas-Sahha. Id-Dipartiment ghandu fiducja shiha fil-professjonalit'? u l-integrit'? tat-tobba impjegati mieghu u ghalhekk hu konvint li, bhal ma gara fix-xtiewi ta' snin li ghaddew, qed jaghtu servizz shih u kif mehtieg ghall-pazjenti.
Id-Dipartiment tas-Sahha, jirrikonoxxi li n-numru ta' tobba li qed jaghtu s-servizzi taghhom huwa inqas minn dak previst fil-Human Resource Plan, izda n-numru ta' tobba fis-servizz huwa fl-istess livell tas-sena li ghaddiet. In-numru ta' pazjenti huwa wkoll fuq l-istess livell tas-snin l-imghoddija. Ghalhekk minkejja l-problemi li jezistu, il-kwalit'? ta' kura li qed tinghata fil-prezent, hija tajba u ta' l-istess livell ta' dik moghtija fis-snin li ghaddew.
Filwaqt li d-Dipartiment jirringrazzja lill-impjegati kollha ta' l-isptarijiet u c-Centri tas-Sahha ghas-servizz dedikat taghhom, specjalment f'dawn iz-zminijiet, jerga' jappella lill-pubbliku biex jaghmel uzu ghaqli mis-servizzi tas-sahha.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN