Left arrow Mur Lura

Is-Segretarju Parlamentari George Hyzler jiltaqa' ma' delegazzjoni mir-regjun Moskovita tal-Federazzjoni Russa

PR0005
Date Icon 06/01/1999

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, Dr. George Hyzler, illum iltaqa' ma' delegazzjoni mill-Federazzjoni Russa mmexxija mis-Sur Igor Korneev. Id-delegazzjoni hija maghmula minn ghadd ta' negozjanti u amministraturi gholja residenti fir-regjun tal-kapitali Moska, li jinsabu fuq zjara f'pajjizna bi l-ghan li jiltaqghu ma' negozjanti Maltin u jistabbilixxu kuntatti fis-settur kummercjali Malti.

Waqt il-laqgha ta' dalghodu, is-Segretarju Parlamentari Hyzler spjega lid-delegazzjoni Russa l-funzjoni tal-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici u accenna kemm ‘il darba ghall-hidma li qed iwettaq il-Gvern biex itejjeb l-ekonomija tal-pajjiz permezz tal-privatizzazzjoni u r-ristrutturar ta' l-industrija, anke fid-dawl ta' shubija Maltija fl-Unjoni Ewropea.

Matul il-laqgha gew stabbiliti ghadd ta' kuntatti bejn iz-zewg nahat, fost l-ohrajn biex tinkiseb informazzjoni fuq Public Tenders Russi li jkunu nhargu u li fihom jista' jkun hemm interess lokali. Gie stabbilit ukoll kuntatt bejn il-Gvern Malti u r-regjun Moskovita ghall-swieq specjalizzati li jistghu jkunu ta' importanza u interess ghas-settur industrijali u dak tas-servizzi. Fost is-swieq li ssemmew kien hemm dak tar-registrazzjoni tal-vapuri, is-setturi bankarji u dawk finanzjarji (li diga' jezistu) kif ukoll, bhala ezempju ta' zvilupp potenzjali, issemma l-bdil ta' project management minn u ma' kumpaniji Maltin.

F'dak li ghandhu x'jaqsam mal-kummerc bejn iz-zewg pajjizi, fis-sena 1997, Malta esportat lejn il-Federazzjoni Russa b'kemm jiswew Lm 351,615, filwaqt li importat prodotti b'valur ta' kwazi tliet miljuni u tmien mitt elf lira Maltin.

Fost l-aktar affarijiet li Malta tesporta lejn ir-Russja hemm preparazzjonijiet ta' l-ikel, kif ukoll gugarelli, filwaqt li Malta timporta l-aktar fuels u zejt, cerejali, u aluminium.

Ir-Regjun Moskovita ghandu popolazzjoni ta' madwar sitt miljuni u nofs, li jfissru madwar 4.5 fil-mija tar-Russja kollha. Seba' u erbghin villagg minn dan ir-regjun ghandhom popolazzjoni li taqbez il-mitt elf persuna. Bhalissa hemm madwar erba' mija u hamsin joint venture registrati fir-regjun Moskovita li lkoll fihom investiment barrani.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow