Left arrow Mur Lura

Stqarrija mid-Dipartiment tas-Sahha: Il-bejjiegha tal-Laham iridu jikkonformaw ruhhom skond il-ligi fl-interess tas-Sahha Pubblika

PR0001
Date Icon 04/01/1999

L-avviz legali 209/1998 jistipula illi bejjiegh tal-laham irid ikollu licenzja sabiex jipproduci zalzett, hamburgers, beefburgers u laham ippreparat b'mod simili; laham immellah jew laham ippreparat xort'ohra. Dan sar unikament sabiex tigi salvagwardjata s-sahha pubblika.

Is-Supretendent tas-Sahha Pubblika ghandu d-diskrezzjoni skond il-ligi, illi jirrestringi din l-attivita fl-interess tal-pubbliku.

Ghaldaqstant il-bejjiegha tal-laham qed jintalbu sabiex jispecifikaw liema tipi ta' laham preparat bi hsiebhom jipproducu sabiex jigi accertat li ghandhom il-facilitajiet adekwati biex jaghmlu dan ix-xoghol qabel jinghataw il-licenzja. Il-bejjiegha tal-laham ghandhom jaraw illi jikkonformaw mar-regolamenti mill-aktar fis.

Fin-nuqqas id-Dipartiment ma jkollu l-ebda triq ohra hlief li jiehu l-mizuri kollha necessarji li taghtih il-ligi, sabiex jassigura li s-sahha pubblika tigi mharsa f'kull hin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow