Stqarrija mill-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd dwar ic-canga friska
Il-Gvern prezenti jiggarantixxi prezz minimu lir-rahhala ghal canga friska, filwaqt li l-Partit fl-Oppozizzjoni qed ikompli jimmisinforma bl-istqarrijiet tieghu dwar l-industrija tac-canga friska.
Kienet l-Amministrazzjoni Nazzjonalista li ntroduciet l-iskema tal-Beef Intervention fl-1988, fuq il-mudell ta’ l-iskema ta’ l-Unjoni Ewropea, sabiex tassigura dhul xieraq lir-rahhala ghac-canga friska li jipproducu. Fl-1990, ghall-ewwel darba, il-Gvern ivvota Lm120,000 ghal dan il-ghan u baqa’ jivvota din is-somma kull sena sal-1996, meta vvota Lm450,000 sabiex jaghmel tajjeb ghar-rohs fic-canga tal-friza mportata minhabba r-rezoning ta’ Malta mill-Unjoni Ewropea.
Fl-ewwel budget ghall-1997 l-Amministrazzjoni precedenti naqqset din is-somma u fit-tieni budgettieghughall-1998 il-Gvern ta’ dak iz-zmien rega’ nizzilha ghal Lm120,000. Din is-somma ma kienetx bizzejjed u parti mill-hlas ghall-1998 ser ikollu jsir fl-1999. Dan ifisser li l-Gvern precedenti, fl-istess waqt li kien sejjer jghabbi lill-industrija tac-canga friska bil-pizijiet tat-tariffi ta’ l-ilma u l-elettriku li ma kienetx tiflah ghalihom, ma offrix garanzija ghall-prezz tac-canga lir-rahhala. B’hekk ipperikola mhux biss l-industrija tac-canga, izda wkoll tal-halib, tal-majjal u tat-tjur.
Ta’ min ifakkar ukoll li, kif gie rrapurtat li stqarr l-Onor. Alfred Sant stess f’April 1998, bil-proposta ta’ Zona ta’ Kummerc Hieles il-protezzjoni ghall-agrikoltura kellha tispicca. Minn dan jidher min kien qed jipprova jeqred l-industrija tac-canga friska.
Il-Ministeru ta’ l-Agrikoltura u Sajd fakkar li issa, barra li r-rahhala jafu li se jithallsu permezz tal-Beef Intervention Scheme, jafu wkoll li ghandhom mohhhom mistrieh li mhux se jhallsu kontijiet katastrofici ghall-konsum ta’ l-ilma fl-irziezet taghhom. Il-Gvern prezenti digà naqqas it-tariffi dizastruzi ta’ l-ilma li kien dahhal il-Gvern li tieghu l-Onor. Noel Farrugia kien jifforma parti, b’liema tariffi, kont ta’ Lm92 fis-sena kien se jitla’ ghal madwar Lm2700 fis-sena.
Ir-rahhala jafu wkoll li l-kontijiet il-godda ta’ l-ilma fil-qasam tal-biedja huma biss 7% tal-kontijiet li kien dahhal il-Gvern precedenti u ghaldaqstant dan ir-rohs qawwi huwa n-nifs mehtieg li kellha bzonn l-industrija tar-rahhala.
Il-Ministeru ta’ l-Agrikoltura u Sajd jassigura lir-rahhala li, minkejja li ghall-1999 gew ivvutati Lm140,000 din hi biss figura token u bi ftehim mal-Ministeru tal-Finanzi, sejrin jigu pprovduti l-flus kollha mehtiega sabiex il-prezz tac-canga ghar-rahhala jkun garantit. Il-Ministeru qed jiddiskuti ukoll inizjattivi godda sabiex isahhah din l-industrija.
31.12.98
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN