Il-Ministeru tas-Sahha jwiegeb ghal stqarrija tal-GWU dwar il-Ward 10 fl-Isptar Monte Carmeli
Il-Ministeru tas-Sahha jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-General Workers’ Union apprezzat u laqghet l-gheluq ta’ Ward 10 fl-Isptar Monte Carmeli. Min-naha l-ohra dan il-Ministeru jichad li l-gheluq ta’ din is-sala sar minhabba nuqqas ta’ infermiera jew xi azzjonijiet ordnati mill-unions.
L-gheluq ta’ Ward 10 sar ghax il-Gvern illum hu impenjat li jwettaq ir-riforma mahsuba fil-qasam tas-sahha mentali b’pass mghaggel kemm jista’ jkunu. Dan billi jimplimenta diversi mizuri li kienu ppubblikati fit-tfissir tal-politika tas-sahha mentali fl-1995. Il-Ministeru hu determinat li ma jhalli xejn u hadd li jfixkel il-passi li hemm bzonn li jittiehdu ghall-gid tal-pazjent.
Il-Ministeru tas-Sahha jitlob li l-General Workers’ Union tipproduci l-kopja tal-ftehim, li qalet li kien hemm ma’ l-ex Ministru tas-Sahha, li infermiera fil-Ward 10 ma jdumux jahdmu aktar minn 3 snin. Skond ir-records tad-Dipartiment, l-ex Ministru ma riedx jiffirma cirkolari li tikkonferma dan il-ftehim. Li verament kien sar fi Frar 1997, kien li fl-Isptar Monte Carmeli kienu inghataw 69 transfer f’gurnata wahda u dak inhar il-unions, inkluza il-General Workers’ Union, ma ordnaw l-ebda azzjonijiet.
Anke kieku dan il-ftehim kien iffirmat, xejn ma jiggustifika l-azzjoni tal-union ghax kif qalet il- union stess, skond hi, dan il-ftehim kien jghid li "l-infermiera tal-Ward 10 ma jdumux jahdmu aktar minn 3 snin". Il-ftehim ma kienx icahhad li l-infermiera jahdmu anqas minn 3 snin kif kien il-kaz. Hadd minn dawk li kienu trasferiti ghal Ward 10 ma kienu hadmu f’din is-sala qabel.
Min-naha tieghu, il-Ministeru tas-Sahha llum huwa sodisfatt li l-gheluq ta’ Ward 10 qed jitwettaq. Kif intqal waqt il-Konferenza ta’ l-Ahbarijet, fejn thabbar il-bidu tal-process ta’ l-gheluq, hu mahsub li Ward 10 tinghalaq ghal kollox fl-ahhar ta’ Jannar li gej. Dan il-Ministeru jawgura li b’impenn u b’kollaborazzjoni minn kulhadd ir-riforma fis-sahha mentali ma tibqax fuq il-karti.
30.12.98
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN