Left arrow Go Back

Il-Progett Pilota "Postal Service" ghat-tqassim ta' Medicini ser ikompli jinfirex fil-gimghat li gejjin

PR2276
Date Icon 30/12/1998

Il-progett pilota maghruf bhala Postal Service tant kien success li, fil-gimghat li gejjin, dan is-servizz ser ikun estiz ghal aktar lokalitajiet.

Dan habbru l-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, meta dalghodu qassam 65 licenzja lil spizjara godda gewwa l-Ministeru tas-Sahha.

Louis Deguara qal li, permezz ta’ dan is-servizz, dawk li huma intitolati ghall-medicini b’xejn jistghu jhallu r-ricetta fic-Centru tas-Sahha jew fil-Berga u wara ftit gimghat jigbru l-medicini li jservuhom ghal xahrejn.

Louis Deguara qal li din is-sistema kienet qed topera bhala esperiment u bdiet tithaddem fil-bidu ta’ Novembru u ghandha l-iskop li tnaqqas il-kju mill-iSpizeriji tal-Gvern, barra li tnaqqas ukoll l-ammont ta’ xoghol li jaqa’ fuq l-ispizeriji. Din is-sistema, tennna l-Ministru tas-Sahha, tnaqqas ukoll l-inkonvenjent lill-pubbliku li jrid kull darba jmur l-ispizeriji biex jigbor il-medicini kull xahar.

Hu mahsub li permezz tal-postal service n-numru ta’ nies li jinqdew mill-ispizeriji jonqos bejn 30% u 40%.

Louis Deguara habbar li matul Dicembru dan is-servizz beda jinghata wkoll f’Hal Luqa, filwaqt li minn Jannar, dan ser jibda jithaddem ukoll f’Hal Qormi u Rahal Gdid, biex f’Marzu jiddahhal ukoll fil-Mosta, il-Furjana u l-Gzira.

Il-Ministru tas-Sahha tkellem ukoll dwar d-diskussjonijiet li qed isiru mal-Kamra ta’ l-Ispizjara u l-GRTU dwar l-introduzzjoni tas-sistema fejn il-pazjenti jistghu jigbru l-medicini taghhom mill-ispizeriji privati. Hu qal li jittama li fil-futur qrib ikun hemm rizultati pozittivi mid-dsikussjonijiet li qed isiru u jinghata bidu ghall-progett pilota ta’ din l-iskema.

Semma wkoll il-fatt li wara t-tnehhija tat-taxxa anti-socjali ta’ 50 centezmu fuq il-medicini, l-ispizjara issa ghandhom aktar hin x’jiddedikaw ghax-xoghol taghhom u mhux jintilfu f’xoghol klerikali u amministrattiv bla bzonn li kienet ikkawzat din it-taxxa.

Fi tmiem id-diskors tieghu l-Ministru Deguara awgura success lill-ispizjara fil-qadi ta’ dmirijiethom u tenna l-appell biex dejjem izommu lill-pazjent fic-centru tad-decizjonijiet taghhom.

30.12.98

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow