Left arrow Mur Lura

Centru gdid ghall-Ghaqdiet Mhux Governattivi Ghawdxin

PR2273
Date Icon 29/12/1998

Il-Ministru ghal Ghawdex, Giovanna Debono, il-bierah habbret illi l-ghaqdiet mhux governattivi f’Ghawdex ser ikollhom centru ddedikat ghalihom. Il-Ministru habbret dan waqt cerimonja illi matulha sar it-tqassim ta’ Lm22,200 lil diversi ghaqdiet Ghawdxin illi jaghmlu xoghol siewi fl-oqsma edukattivi, socjali u kulturali.

Permezz ta’ dan ic-Centru illi mistenni jibda jiffunzjona s-sena d-diehla, l-ghaqdiet Ghawdxin ser ikollhom post fejn jaghmlu l-laqghat, jattendu seminars ta’ tahrig u fejn jaghmlu r-ricerka mehtiega. Dan ic-Centru ser iservi wkoll bhala ResourceCentre fejn il-membri kollha ta’ l-ghaqdiet ikollhom access ghal kotba u rivisti, ghal computers u l-internet sabiex ikunu jistghu jzommu ruhhom aggornati u jahdmu fuq linji dejjem aktar professjonali. L-NGO Centre ser ikun l-ewwel tat-tip tieghu fil-Gzejjer Maltin.

Din l-inizjattiva turi illi l-ghajnuna finanzjarja tifforma biss parti mill-impenn serju illi l-Gvern ghandu biex jghin lill-ghaqdiet volontarji Ghawdxin, hekk kif imwieghed fil-programm elettorali.

Il-Ministru Giovanna Debono fahhret l-inizjattivi li jiehdu ghaqdiet mhux governattivi f’Ghawdex, li huma kollha frott ta’ impenn u hidma volontarja tal-membri taghhom. Il-fatt innifsu li tnejn u disghin ghaqda nghataw ghajnuna mill-Ministeru ghal Ghawdex, juri kemm il-hidma fl-oqsma diversi tal-volontarjat f’Ghawdex tifforma parti integrali mill-hajja tal-komunita’ Ghawdxija.

Matul dawn l-ahhar xhur inghataw ukoll diversi ghotjiet ohrajn lil bosta artisti Ghawdxin bhala ghajnuna biex dawn ikunu jistghu jiehdu sehem f’kuncerti, esebizzjonijiet u attivitajiet kulturali.


29.12.98

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow