Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-Ministeru tal-Biedja u Sajd: Il-Beef Intervention Scheme tissussidja c-Canga

PR2270
Date Icon 28/12/1998

Kuntrarjament ghal dak li ntqal fl-istqarrijiet bla bazi li nhargu dan l-ahhar f’certi sezzjonijiet tal-media, il-Ministeru tal-Biedja u Sajd jiddikkjara li r-Rahhala ser ikomplu jircievu l-prezz u l-hlas garantit kollu ghac-canga li tmur ghall-ipprocessar. Barra minn hekk, il-Gvern qed jiggarantixxi l-fondi kollha necessarji permezz tal-Beef Intervention Scheme.

Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd, il-Perit Ninu Zammit, b’referenza ghall-ghidut qarrieqa li qed jixxerdu bl-iskop li jhawwdu r-Rahhala li joperaw fl-industrija tac-canga.

Il-Ministru Ninu Zammit kompla jghid li t-tnaqqis tal-levy fl-importazzjoni tal-beef burgers sar minhabba ragunijiet ta’ riklassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti maghmula mic-canga. Hu sostna li din ir-riklassifikazzjoni bl-ebda mod mhu ser tnaqqas id-dhul lir-Rahhala.

Huwa zied jghid li t-tnaqqis tal-levy ghandu jservi bhala pass iehor fil-process biex l-istess industrija ssir izjed efficjenti, kemm fil-produzzjoni tal-halib, kif ukoll fil-kwalità ta’ canga li tigi mkabbra lokalment.

Il-Ministru Ninu Zammit temm billi fakkar li r-riklassifikazzjoni ma affettwatx il-levy imhallsa fuq ic-canga kollha li tigi mpurtata. Il-levy kollha li tithallas fuq ic-canga li tigi mpurtata f’pajjizna tammonta ghal madwar Lm600,000 fis-sena u ghaldaqstant il-Beef Intervention Scheme ghandha fondi bizzejjed biex tissussidja c-canga kollha li normalment tmur ghall-ipprocessar.


28.12.98

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow