Tinghalaq Ward 10 fl-Isptar Monte Carmeli
L-aktar sala msemmija u li ggib stmerrija fl-Isptar Monte Carmeli, inghalqet u l-klijenti li kien hemm fiha tqassmu fi swali ohra fl-istess sptar, hlief ghal 3 prigunieri. Il-bidu ta’ dan il-process gie implimentat f’lejliet il-Milied.
Dan habbru l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara waqt konferenza ta’ l-ahbarijiet fl-Isptar Monte Carmeli fejn ta dettalji dwar l-gheluq ta’ din is-sala kif ukoll dwar ir-riforma fil-qasam tal-kura mentali.
Louis Deguara qal li fl-1994 kienet ippubblikata ghall-ewwel darba l-politika dwar is-sahha mentali. Hu tenna li kienet proprju din l-istess politika li wriet x’ghandu jsir biex ikun hemm riforma shiha f’dan is-settur.
Il-Ministru tas-Sahha elenka l-ghanijiet wara din ir-riforma u fost l-ohrajn semma li din trid twassal biex il-klijenti jkunu mghejjuna jghixu b’mod aktar indipendenti, ghalhekk il-kura trid tinghata fil-komunita’, fejn hu possibbli, aktar milli gewwa l-isptar innifsu. Louis Deguara tenna li ghan iehor wara r-riforma hu li jkun hemm aktar enfasi fuq il-prevenzjoni tal-mard mentali u ghalhekk irid ikun hemm aktar edukazzjoni fuq l-istess qasam. Ghan iehor tar-riforma hu li titnaqqas l-istigma minn fuq l-istess klienti kif ukoll minn fuq l-Isptar Monte Carmeli nnifsu. Ghanijiet ohra li elenka l-Ministru Deguara kienu li l-kura minn wahda ta’ kustodja ssir wahda ta’ terapija u wkoll li jizdied l-livell u l-kwalita’ ta’ kura li tinghata.
Louis Deguara tenna li minkejja li issa ghaddew hames snin mill-pubblikazzjoni ta’ din il-politika ftit kienu l-passi li ttiehdu u ghalhekk illum il-gvern hu impenjat li mill-paroli jghaddi ghall-azzjoni u dak li sehh fil-Ward 10 huwa ezempju tad-determinazzjoni li ghandu l-gvern li jagixxi.
Fil-jiem li gejjin, qal il-Ministru tas-Sahha, ser jithabbar il-Management Committee il-gdid ta’ l-Isptar Monte Carmeli li aktar minn kollox irid jara li l-implimentazzjoni tar-riforma titwettaq bis-serjeta`.
Il-Ministru tas-Sahha qal li matul is-sena d-diehla ser ikun hemm aktar tibdil fl-Isptar Monte Carmeli. Hu qal li sa l-ahhar ta’ Mejju li gej l-Admission Ward ser ikun fiha klienti mhallta irrelattivament mis-sess taghhom, barra minhekk f’din is-sala ser tibda tinghata kura aktar personalizzata u wkoll ikun hemm impenn akbar biex l-istitulizzazzjoni tal-pazjenti tkun evitata. Bl-iskop li l-kura tkun aktar personalizzata ser ikun hemm aktar impjegati f’din is-sala u n-numru ser ikun akbar minn dak mitlub mill-unions.
Il-Programmi ta’ re-integrazzjoni fil-komunità ser ikunu msahha u dan billi tinghata enfasi akbar lill-Half Way Houses. B’dan il-ghan ukoll, issahhet il-koperazzjoni mal-Korporazzjoni tax-Xoghol u t-Tahrig biex il-klienti jinghataw tahrig biex isibu mpjieg. Il-Ministru tas-Sahha tkellem ukoll dwar id-diskussjonijiet li qed isiru mal-Ministeru tal-Politika Socjali biex ikun hemm servizzi ta’ ghajnuna ghall-klienti.
Ser ikun hemm ukoll ingaggar ta’ aktar impjegati bhal Social Workers u Occupational Therapists.Fil-fatt digà harget sejha ghall-applikazzjonijiet.
Barra minhekk, zied ighid il-Ministru tas-Sahha, fl-Isptar Monte Carmeli ser ikunu introdotti sistemi godda biex ikunu mharsa l-finanzi u jkun hemm aktar accountability u dan billi tkun eliminata l-burokrazija. Mill-gimgha d-diehla fil-fatt, l-isptar ser jibda l-process ta’ awtonomija billi jkun hemm devoluzzjoni tal-poter b’mod gradwali bl-ghan li l-efficjenza f’dan l-isptar tkompli tizdied.
Louis Deguara tenna li biex ikun hemm livell oghla ta’ kura u biex din tkun ta’ kwalita’ ahjar hemm bzonn li l-impjegati jinghataw aktar tahrig. B’dan il-ghan qed jitfasslu programmi ta’ tahrig ghall-impjegati fl-Isptar Monte Carmeli kif ukoll ghat-tobba u l-impjegati l-ohra li jaghtu servizz lil dawn il-klienti fil-komunita`.
Fi tmiem il-konferenza ta’ l-ahbarijiet il-Ministru Deguara rringrazzja lil dawk kollha li kienu involuti fil-process biex inghalqet Ward 10 u b’mod partikolari rringrazzja lill-impjegati kollha ta’ l-Isptar Monte Carmeli ghas-servizz li jaghtu minkejja l-pressjoni li jkollhom fuqhom.
26.12.98
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN