Quddiesa Tradizzjonali tal-Milied issir ghall-ewwel darba fl-Isptar Monte Carmeli
Il-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, illejla attenda ghall-Quddiesa tradizzjonali tal-Milied li, ghall-ewwel darba, kienet organizzata gewwa l-kappella ta’ l-Isptar Monte Carmeli.
Din il-Quddiesa, li tradizzjonalment kienet issir fl-Isptar San Luqa, din is-sena saret f’dan l-isptar fuq inizjattiva tal-Ministru Deguara nnifsu, bl-ghan li tkompli titnaqqas l-istigma fuq dan l-isptar.
Matul il-Quddiesa kien hemm kant minn kor li kien maghmul minn klijenti jew ex-klienti ta’ l-istess sptar, filwaqt li l-priedka saret minn zewgt itfal li wkoll kienu residenti f’dan l-isptar fi zmien jew iehor.
Il-Quddiesa saret ukoll f’hin adattat, biex ghaliha jkunu jistghu jattendu dawk il-klijenti li bhalissa jinsabu residenti f’dan l-isptar.
F’kummenti li ta, il-Ministru Deguara qal li kemm ilu fil-kariga ta’ Ministru tas-Sahha kienu diversi l-okkazjonijiet li tkellem dwar il-fatt li s-socjetà trid tkun edukata aktar dwar ir-re-integrazzjoni ta’ dawn il-klijenti fil-komunità. Dan jista’ jsir billi, l-ewwel u qabel kollox, kulhadd jifhem li dawn il-klijenti m’ghandhom xejn anqas minn haddiehor, anzi ghandhom ukoll talenti li bl-ghajnuna li jinghataw jistghu jizviluppawhom aktar.
Louis Deguara qal li matul l-ahhar 3 xhur kienu diversi l-okkazjonijiet fejn hu fetah esebizzjonijiet bi prodotti maghmulha minn dawn il-klijenti. Esebizzjonijiet li permezz taghhom jidhru aktar fil-berah it-talenti ta’ dawn il-klijenti, fatt li jzid il-kunfidenza fihom infushom. Louis Deguara qal ukoll li bhalissa fl-Isptar Monte Carmeli qed issir riforma biex il-pazjenti jkunu f’ambjent ahjar. Riformi li huma wkoll konformi mar-rakkomandazzjonijiet li ghamel l-Ombudsman fir-rapport tieghu. Louis Deguara qal ukoll li b’koperazzjoni bejn il-Ministeru tas-Sahha, dak tal-Politika Socjali u l-Ministeru ghal Ghawdex qed tkun diskussa riforma kif klijenti jkunu integrati fil-komunità.
24.12.98
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN