Left arrow Mur Lura

Il-Ministru tas-Sahha Dr. Louis Deguara jzur l-Isptar Zammit Clapp

PR2261
Date Icon 23/12/1998

Il-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, dalghodu zar l-Isptar Zammit Clapp fejn iltaqa’ kemm ma’ l-impjegati, kif ukoll mal-pazjenti li hemm f’dan l-isptar.

Louis Deguara qal li l-Isptar Zammit Clapp twaqqaf bil-hsieb li jaghti l-aqwa kura possibbli lill-anzjani. Fi ftit zmien deher car li dan l-iskop intlahaq. Il-Ministru tas-Sahha qal li aspett iehor ta’ dan l-isptar kien l-awtonomija. L-awtonomija, tenna l-Ministru tas-Sahha, mhux biss kienet essenzjali ghall-efficjenza fi hdan dan l-isptar, imma wkoll dan l-isptar kellu jservi ta’ mudell kif jitmexxew l-isptarijiet l-ohra.

Sfortunatament, qal Louis Deguara, fl-ahhar sentejn kemm l-awtonomija, kif ukoll l-istandardsmilhuqa f’dan l-isptar marru lura. Hu qal li r-rizenja tac-Chairman, kif ukoll tal-Matron, huma xhieda ta’ l-indhil politiku li kien isir matul l-ahhar sentejn; huma xhieda wkoll tal-waqgha fl-istandards li kien lahaq dan l-isptar fi zmien qasir mit-twaqqif tieghu. Il-Ministru tas-Sahha sostna li dawn iz-zewg rizenji huma wkoll xhieda tal-firda li kien hemm bejn il-management ta’ l-isptar u l-kumitat ta’ tmexxija.

Wara l-ahhar elezzjoni kien hemm bidla fil-kumitat u l-Gvern ha hsieb li dan il-kumitat jindirizza l-problema tal-firda li kienet inholqot u fil-ftit gimghat li ilu mwaqqaf, irnexxielu jgib il-kollaborazzjoni mehtiega ghat-tmexxija ta’ dan l-isptar.

Il-Ministru tas-Sahha qal li l-kumitat ta’ tmexxija hu mistenni li jzomm kontroll fuq l-infieq izda qatt a spejjez ta’ l-istandards milhuqa. Hu tenna li wara l-istudji li saru, il-kumitat fil-libertà kollha, jrid jiddeciedi definittivament jekk l-admissions f’dan l-isptar ghandhomx ikunu mill-isptarijiet biss jew ikunux miftuha ghall-komunità kollha.


23.12.98

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow