Il-Ministru tas-Sahha jwiegeb intervista li saret mill-ex Ministru Michael Farrugia
Il-Ministru tas-Sahha jwiegeb intervista li saret mill-ex Ministru Michael Farrugia
Meta wiehed jaqra l-intervista ma` l-ex Ministru tas-Sahha, l-Onor. Michael Farrugia, li dehret fuq gurnal lokali, malajr jikkonkludi kemm l-ex Ministru jidher li qed jipprova jahrab mir-realta`, iwahhal f’haddiehor u jitfa’ l-problemi taht it-tapit.
L-Onor Michael Farrugia rrefera ghall-inkjesta bhala wahda mhux professjonali. Tajjeb wiehed jghid li din l-inkjesta tmexxiet minn bord mahtur mill-agent Tabib Ewlieni tal-Gvern u kienet tinkludi Assistent Direttur, Senior Principal u Assistant Principal. Dawn il-membri huma maghrufa bizzejjed ghall-integrita taghhom u hadd hlief l-ex Ministru m’ghandu dubju li x-xoghol li wettqu kien wiehed ta’ livell gholi.
Jidher li l-Onor. Farrugia ma qarax ir-rapport ta’ l-inkjesta sew biex qed jghid li din l-inkjesta skolpat lilu bhala Ministru. Possibbli l-ex Ministru ma qarax il-parti fejn tghid li l-overtime kien qed isir minhabba pressjoni mohbija, possibbli ma qarax li z-zewg infermiera li marru jahdmu fil-Customer Care marru hemm fuq ordni ministerjali. Din l-informazzjoni tinstab f’pagna 9 u f’pagna 3 tar-rapport rispettivament.
L-Onor. Farrugia kien rappurtat li qal li mhux minnu li dawn l-infermiera ntbghatu fil-Customer Care biex jorganizzaw ricevimenti. Dan ikompli jikkonferma kemm l-ex Ministru ma qarax ir-rapport jew ma jridx jara l-verita` dikjarata fih. Fir-rapport hemm car u tond li meta saret talba lis-Segretarju Privat tieghu x’kellu jkun ir-rwol ta’ dawn l-infermiera, is-Segretarju wiegeb li dawn kellhom jinghataw ufficcju separat ghalihom, jissejhu Customer Care 2 u xogholhom kien li jorganizzaw parties u ricevimenti. Din l-informazzjoni tinstab f’pagna 4 tar-rapport.
Waqt l-investigazzjoni mmexxija mill-bord, intqal ukoll li meta z-zewg infermiera ntbghatu jahdmu fil-Customer Care, la kienu imharrga u wisq anqas kellhom esperjenza biex jahdmu f’dan il-post, tant li ghamlu aktar hsara milli gid. Informazzjoni li tinstab f’pagna 4 tar-rapport.
Illum l-Onor. Farrugia qieghed on record li ma jhossx li ghandu jaghmel apologija ghall-agir li sehh matul l-amministrazzjoni li minnha hu kien jaghmel parti. Sa kemm din l-apologija ma ssehhx, l-Onor. Farrugia mhux ser ikun kredibbli ghal dak li jwiegeb dwar dan l-agir.
18.12.98Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN