Il-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd ihabbar il-programm ta' Woodland Week
Il-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd ihabbar il-programm ta' Woodland Week
F’cerimonja li saret dalghodu fis-sala Giuseppe Despott fil-Furjana, il-Ministru ta’ l-Agrikoltura u Sajd, il-Perit Ninu Zammit habbar il-programm li ser iniedi id-Dipartiment ta’ l-Agrikultura ghal Woodland Week li ser tigi organizzata fit-tieni gimgha ta’ Jannar. Dan il-programm jasal fil-qofol tieghu fis-16 ta’ Jannar, meta tigi imfakkra in-National Arbor Day, jigifieri il-Jum Nazzjonali tas-Sigar.
Bhala parti minn din il-gimgha ta’ attivitajiet ser tigi organizzata "Kampanja Kabbar Sigra" fl-iskejjel kollha ta’ Malta. Il-Ministru qassam lir-rapprezentanti ta’ l-iskejjel prezenti pakketti ta’ zrieragh ta’ sigar u arbuxelli (shrubs) indigeni ghal pajjizna.B’hekk l-iskejjel ikunu jistghu ikabbru huma stess pjanti li imbaghad, f’Gunju, jittiehdu fil-mixtla tal-Gvern f’Wied Incita.Hemmhekk jinzammu sa ma jkunu kibru biz-zejjed biex jithawwlu f’postijiet pubblici ma’ Malta u Ghawdex kollu. Il-Ministru sahaq fuq l-importanza li uliedna jitghallmu sa minn eta` zghira l-importanza tas-sigar ghal pajjizna, kemm f’livell ambjentali kif ukoll socjali. Permezz ta’ dawn l-attivitajiet, it-tfal qed jippartecipaw huma stess biex jigu introdotti pjanti u sigar hajjin anki f’akkwati mibnijin.
Il-Ministru Zammit ipprezenta wkoll numru ta’ kotba u posters lil Carmelina Debono, Direttur fid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni. Dawn huma intenzjonati ukoll biex jitqassmu fl-iskejjel. Il-kotba "Niehdu hsieb l-Annimali" li saru bl-ghajnuna ta’ l-APS Bank u b’kitba ta’ Joe Borg, juru lit-tfal, b’mod helu hafna, ir-rwol ta’ l-annimali fis-socjeta u fil-katina kollha tal-holqien. Il-posters huma intitolati "Ejjew Inharsu l-Imsagar" u gew sponsorjati mill-International Tree Foundation.
Il-Ministru spjega li t-tfal ghandhom jifhmu kmieni hafna l-importanza li nipprotegu s-sigar li ghandna. Iridu jigu mghallma x’inhuma l-ghedewwa tas-sigar, jigifieri n-nar, il-vandalizmu, rimi ta’ l-iskart bl-addocc u nuqqas ta’ konsiderazzjoni meta jsir zvilupp u bini. Hawnhekk il-Ministru fakkar li din is-sena, ghall-ewwel darba, il-Ministeru tieghu hareg ordnijiet sabiex ma jsir l-ebda tqaccit minn sigar tal-prinjol u tac-cipress biex jintuzaw bhala sigar tal-Milied, la mill-pubbliku u lanqas mid-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura stess, li sas-sena l-ohra kien jaqta’ frieghi minn dawn is-sigar. Minkejja li dan il-qtugh kien qed isir bl-ahjar mod possibbli, ittiehdet id-decizjoni li l-izbir ghal dan l-iskop ghandu jieqaf, sabiex ma jigix inkoraggut l-uzu ta’ frieghi bhala sigar tal-Milied.
Il-Ministru Zammit awgura success f’dan il-programm u ferah u rringrazzja lil kull min hadem biex ikompli jrawwem fit-tfal taghna imhabba u rispett lejn l-ambjent ta’ madwarna.
18.12.98Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN