Il-Ministeru tas-Sahha jwiegeb ghal kritika dwar il-vot tad-Dipartiment tas-sahha
Il-Ministeru tas-Sahha jwiegeb ghal kritika dwar il-vot tad-Dipartiment tas-sahha
Il-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara wiegeb ghall-kritika li qed issir minn naha ta’ l-Oppozizzjoni dwar il-vot tad-Dipartiment tas-Sahha. Waqt intervista fuq stazzjoni tar-radju privat, il-Ministru Deguara qal li meta wiehed ihares lejn il-vot tas-Sahha u jikkampurah ma’ tas-sena l-ohra, veru li jara tnaqqis, imma dan huwa rizultat tal-fatt li taht dan il-Ministeru ma baqax is-Segretarjat Parlamentari ghall-Anzjani. Louis Deguara tenna li kieku l-vot tas-Sahha ivvutat fl-ahhar budget jinghad mal-vot tas-Segretarjat ghall-Anzjani wiehed isib li, fil-fatt, kien hemm zieda fil-flus ivvutati.
Madankollu, qal il-Ministru tas-Sahha, mhux kemm kienu ivvutati flus jghodd, imma kif jintefqu l-flus u jekk fuq kollox dawn il-flus fir-realtà jintefqux. Louis Deguara spjega kif fl-ahhar budget tal-Gvern precedenti kienu ivvutati Lm30,000 ghal trangar ta’ apparat fl-isptar Monte Carmeli, izda min naha l-ohra kull ma ntefqu kienu biss Lm127. Spjega wkoll li ghas-sistema tad-drenagg fl-isptar San Luqa kienu ivvutati Lm50,000 izda minn dawn ma ntefqu xejn. Ghall-immodernizzar ta’ l-isptar San Luqa kienu ivvutati Lm600,000 u intefqu Lm250,000 biss.
Minn naha l-ohra, qal il-Ministru Deguara, kien hemm flus li kienu ivvuati ghall-promozzjoni tas-sahha u minflok intefqu biex saret il-"Festa Sahha" li swiet Lm16,000 meta suppost ma giet tiswa xejn.
Louis Deguara qal li l-Gvern prezenti, ghax verament jemmen fil-promozzjoni tas-sahha, ivvota aktar flus milli kienu ivvutati s-sena l-ohra. Hu fakkar kif dan id-Dipartiment tnaqqaslu l-vot bin-nofs taht l-amministrazzjoni precedenti. Ghax il-Gvern tal-gurnata verament jemmen li trid tinghata spinta fir-riforma tal-kura fil-komunità, qal Louis Deguara, minn vot ta’ Lm30,000 fi zmien l-Amministrazzjoni precedenti, fl-ewwel budget tieghu l-Gvern prezenti ivvota s-somma ta’ Lm150,000.
Il-Ministru tas-Sahha qal li l-Gvern ra li l-flus ikunu ivvutati ghal fejn verament hemm bzonnhom u biex tinghat direzzjoni ta’ kif ghandu jimxi d-Dipartiment tas-Sahha.
Dwar l-isptar Zammit Clapp, Louis Deguara qal li matul is-sentejn ta’ l-Amministrazzjoni precedenti mhux biss tnaqqsu l-flus moghtija lil dan l-isptar, imma wkoll tant kien hemm indhil politiku, li c-Chief Executive u l-Matron ta’ dan l-isptar spiccaw biex irrizenjaw. L-istess tip ta’ indhil wassal biex fil-Customer Care ta’ l-Isptar San Luqa jintbghatu tnejn min-nies li ma kienux kapaci jaghmlu x-xoghol u minhabba pressjoni li saret, dawn bdew jinghataw l-overtime u wkoll jahdmu fil-Hdud u l-Festi.
18.12.98Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN